This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0501
Case C-501/12: Reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Berlin (Germany) lodged on 8 November 2012 — Thomas Specht v Land Berlin
Kawża C-501/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit- 8 ta’ Novembru 2012 — Thomas Specht vs Land Berlin
Kawża C-501/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit- 8 ta’ Novembru 2012 — Thomas Specht vs Land Berlin
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2012 — Thomas Specht vs Land Berlin
(Kawża C-501/12)
2013/C 26/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Thomas Specht
Konvenut: Land Berlin
Domandi preliminari
(1) |
Id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari d-Direttiva 2000/78/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi projbizzjoni komprensiva fir-rigward ta’ diskriminazzjoni mhux iġġustifikata bbażata fuq l-età li tkopri wkoll regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali ta’ Land? |
(2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew twassal sabiex dispożizzjoni nazzjonali, li tipprovdi li l-ammont tas-salarju bażiku ta’ uffiċjal fil-mument li jinħatar bħala uffiċjal permanenti fis-servizz pubbliku jiddependi fil-parti l-kbira tiegħu mill-età tiegħu u li dan l-ammont sussegwentement jiżdied prinċipalment fuq il-bażi tat-tul tas-servizz tiegħu fis-servizz pubbliku, tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età? |
(3) |
Fil-każ li anki t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi li tali dispożizzjoni nazzjonali tiġi ġġustifikata permezz tal-għan leġiżlattiv li tiġi rikonoxxuta l-esperjenza professjonali? |
(4) |
Fil-każ li anki t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tippermetti, sakemm ma jkun implementat ebda dritt għal remunerazzjoni li ma jimplikax diskriminazzjoni, konsegwenza legali oħra apparti l-għoti ta’ remunerazzjoni retroattivament lill-persuni ddiskriminati skont l-ogħla livell ta’ salarju fil-grad ta’ salarju tagħhom? Il-konsegwenza legali tal-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tirriżulta direttament mid-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari mid-Direttiva 2000/78/KE, jew jista’ jkun hemm pretensjoni biss minħabba implementazzjoni inkorretta tar-rekwiżiti legali Ewropej, inkonformità mar-responsabbiltà tal-Istat skont id-dritt tal-Unjoni? |
(5) |
L-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta pretensjoni għal ħlas (b’lura) jew għal kumpens għall-kundizzjoni li l-uffiċjali jkunu ressqu din il-pretensjoni fi żmien xieraq? |
(6) |
Fil-każ li l-ewwel sat-tielet domandi jingħataw risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew twassal sabiex liġi tranżitorja, li tipprevedi li l-uffiċjali eżistenti jitqiegħdu fi grad tas-sistema l-ġdida fuq il-bażi biss tal-ammont tas-salarju bażiku li kienu jirċievu taħt il-liġi preċedenti (u diskriminatorja) dwar ir-remunerazzjoni fid-data tat-tranżizzjoni, u li tipprovdi li l-progress sussegwenti għal gradi ogħla ser ikun ikkalkolat biss fuq il-bażi tal-perijodi ta’ esperjenza miksuba wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi tranżitorja, irrispettivament mill-perijodu ta’ esperjenza konkretament miksub mill-uffiċjali, titqies bħala estenzjoni tad-diskriminazzjoni eżistenti fuq il-bażi tal-età, diskriminazzjoni li tippersisti sakemm jintlaħaq l-ogħla livell ta’ salarju f’kull każ individwali? |
(7) |
Fil-każ li anki s-sitt domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi li din l-inugwaljanza bla limiti u kontinwa fit-trattament tiġi ġġustifikata permezz tal-għan leġiżlattiv li l-liġi tranżitorja ma hijiex intiża li tipproteġi (biss) id-drittijiet kweżiti eżistenti fid-data tat-tranżizzjoni iżda (anki) l-aspettattivi fir-rigward tad-dħul matul il-ħajja professjonali kollha fil-grad ta’ salarju rispettiv li kien mistenni li jitħallas taħt il-liġi preċedenti dwar ir-remunerazzjoni? Id-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-uffiċjali eżistenti tista’ tiġi ġġustifikata permezz tal-fatt li l-alternattiva leġiżlattiva (assenjazzjoni individwali anki ta’ uffiċjali eżistenti fuq il-bażi tal-perijodi ta’ esperjenza) tinvolvi żieda fin-nefqa amministrattiva? |
(8) |
Fil-każ li fir-risposta għad-seba’ domanda tiġi miċħuda ġustifikazzjoni: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tippermetti, sakemm jiġi implementat dritt għal remunerazzjoni li ma jimplikax diskriminazzjoni fir-rigward ukoll tal-uffiċjali eżistenti, konsegwenzi legali oħra apparti l-għoti ta’ remunerazzjoni retroattivament u kontinwament lill-uffiċjali eżistenti skont l-ogħla livell ta’ salarju fil-grad ta’ salarju tagħhom? Il-konsegwenza legali tal-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tirriżulta direttament mid-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari mid-Direttiva 2000/78/KE, jew jista’ jkun hemm pretensjoni biss minħabba implementazzjoni inkorretta tar-rekwiżiti legali Ewropej, inkonformità mar-responsabbiltà tal-Istat skont id-dritt tal-Unjoni? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).