Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0446

    Kawża C-446/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 3 ta’ Ottubru 2012 — W.P. Willems vs Burgemeester van Nuth

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — W.P. Willems vs Burgemeester van Nuth

    (Kawża C-446/12)

    2013/C 26/28

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: W. P. Willems

    Konvenuta: Burgemeester van Nuth

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), huwa validu fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

    (2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tistabbilixxi l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-parti introduttiva tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata (1) moqrija flimkiem mal-parti introduttiva tal-Artikolu 6(1) u 6(1)(b) ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-eżekuzzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b’liġi li d-data bijometrika miġbura u maħżuna abbażi ta’ dan ir-Regolament tista’ tinġabar, tiġi pproċessata u tintuża biss għal finijiet tal-ħruġ tad-dokument?


    (1)  Regolament Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355))


    Top