EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0370

Kawża C-370/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas- 27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — L-Irlanda) — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland and the Attorney General ( “Mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro — Deċiżjoni 2011/199/UE — Emenda tal-Artikolu 136 TFUE — Validità — Artikolu 48(6) TUE — Proċedura ta’ reviżjoni ssemplifikata — Trattat MES — Politika ekonomika u monetarja — Kompetenza tal-Istati Membri” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas-27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — L-Irlanda) — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland and the Attorney General

(Kawża C-370/12) (1)

(Mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro - Deċiżjoni 2011/199/UE - Emenda tal-Artikolu 136 TFUE - Validità - Artikolu 48(6) TUE - Proċedura ta’ reviżjoni ssemplifikata - Trattat MES - Politika ekonomika u monetarja - Kompetenza tal-Istati Membri)

2013/C 26/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Pringle

Konvenut: Government of Ireland, Ireland and the Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 91, p. 1) — Kompetenzi tal-Unjoni — Dritt ta’ Stat Membru li jappartjeni għaż-żona tal-euro sabiex jilħaq ftehim internazzjonali bħat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà

Dispożittiv

(1)

L-eżami ta’ din id-domanda ma rrivela ebda fattur li jista’ jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

L-Artikoli 4(3) TUE, 13 TUE, 2(3) TFUE, 3(1)(ċ) u (2) TFUE, 119 TFUE sa 123 TFUE u 125 TFUE sa 127 TFUE kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva la jipprekludu l-konklużjoni ta’ ftehim bħat-Trattat li jistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portuġiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja, konkluż fi Brussell fit-2 ta’ Frar 2012, u lanqas ir-ratifika ta’ dan it-trattat minn dawn l-Istati Membri.

(3)

Id-dritt ta’ Stat Membru li jikkonkludi u jirratifika dan it-trattat ma huwiex suġġett għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2011/199.


(1)  ĠU C 303, 6.10.2012.


Top