Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0529

    Kawża T-529/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Novembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Impulso creador — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPULSO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

    (Kawża T-529/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Impulso creador - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPULSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 399/36

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman u J. Devaureix, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1101/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impulso Industrial Alternativo, SA u Evonik Industries AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Evonik Industries AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


    Top