Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0430

    Kawża C-430/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Rovigo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Md Sagor ( “Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ multa li tista’ tiġi ssostitwita b’piena ta’ tkeċċija jew b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju” )

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Rovigo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Md Sagor

    (Kawża C-430/11) (1)

    (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ multa li tista’ tiġi ssostitwita b’piena ta’ tkeċċija jew b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju)

    2013/C 26/23

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Rovigo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Md Sagor

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Rovigo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi multa ta’ bejn EUR 5 000 u 10 000 għall-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun residenti f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Ammissibbiltà, minflok il-multa, tat-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew ta’ piena li tillimita l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandha tiġi interpretata fis-sens li hija

    ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiskoraġġixxi s-soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz permezz ta’ piena ta’ multa li tista’ tiġi ssostitwita b’piena ta’ tkeċċija, u

    tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tiskoraġġixxi s-soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz permezz ta’ piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju mingħajr ma tagħti garanzija li l-eżekuzzjoni ta’ din il-piena għandha tieqaf hekk kif it-trasferiment fiżiku tal-persuna kkonċernata barra mill-imsemmi Stat Membru jkun possibbli.


    (1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


    Top