Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0257

    Kawża C-257/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 29 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — Ir-Rumanija) — C Gran Via Moinești Srl vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București (Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikoli 167, 168 u 185 — Dritt għal tnaqqis — Regolarizzazzjoni tat-tnaqqis — Akkwist ta’ art u ta’ bini mibni fuq din tal-aħħar, sabiex dan il-bini jitwaqqa’ u l-ħolqien ta’ proġett ta’ proprjetà immobbli fuq din l-art)

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — Ir-Rumanija) — C Gran Via Moinești Srl vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

    (Kawża C-257/11) (1)

    (Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikoli 167, 168 u 185 - Dritt għal tnaqqis - Regolarizzazzjoni tat-tnaqqis - Akkwist ta’ art u ta’ bini mibni fuq din tal-aħħar, sabiex dan il-bini jitwaqqa’ u l-ħolqien ta’ proġett ta’ proprjetà immobbli fuq din l-art)

    2013/C 26/14

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel București

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: C Gran Via Moinești Srl

    Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel București — Interpretazzjoni tal-Artikoli 167, 168 u 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT relatata max-xiri ta’ bini bl-intenzjoni li jitwaqqa’ sabiex jitwettaq proġett ta’ bini — Attività ekonomika qabel it-twettiq tal-proġett ta’ bini, li tikkonsisti fl-ewwel spejjeż ta’ investiment magħmula għall-bżonnijiet tat-twettiq tal-imsemmi proġett — Aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kumpannija li kienet xtrat art u bini mibni fuq din tal-aħħar, intiża għat-twaqqigħ ta’ dan u tal-bini ta’ kumpless residenzjali fuq din l-art, għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT fir-rigward tal-akkwist tal-imsemmi bini

    (2)

    L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-twaqqigħ ta’ bini, akkwistat flimkien mal-art li fuqha ġie mibni, li twettaq sabiex jinbena kumpless residenzjali minflok dan il-bini, ma jinvolvix obbligu li jiġi aġġustat it-tnaqqis tal-bidu magħmul għal VAT fir-rigward tal-akkwist tal-imsemmi bini


    (1)  ĠU C 238, 13.8.2011


    Top