EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0274
Case T-274/10: Action brought on 22 June 2010 — Suez Environnement and Lyonnaise des eaux France v Commission
Kawża T-274/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni
Kawża T-274/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni
ĠU C 234, 28.8.2010, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/43 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/10)
()
2010/C 234/78
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Zelenko u O. d’Ormesson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni kkontestata u/jew il-mandat ta’ spezzjoni tas-6 ta’ April 2010; |
— |
tannulla kull azzjoni meħuda li toriġina mill-ispezzjonijiet li saru abbażi ta’ din id-deċiżjoni u tal-mandat irregolari; |
— |
tordna, b’mod partikolari, l-għoti lura tad-dokumenti kollha ssekkwestrati fil-kuntest tal-ispezzjonijiet imwettqa, taħt il-piena li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni futura tal-Kummissjoni dwar il-mertu, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’din il-kawża r-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1984/4, tat-23 ta’ Marzu 2010, li tordna lil Suez Environnement, kif ukoll lill-impriżi kollha kkontrollati minnha, inkuża Lyonnaise des eaux France, sabiex jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, meħuda fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE dwar il-kuntratti għal provvista ta’ servizzi ta’ ilma u ta’ trattament tal-ilma (1).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti isostnu tliet motivi bbażati fuq:
— |
ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u, b’mod partikolari, tad-dritt għar-rispett ta’ domiċilju, peress li r-rikorrenti ma ġew innotifikati bl-ebda awtorizzazzjoni ġuridika nazzjonali u għalhekk iċċaħħdu minn kwalunkwe garanzija fundamentali bħall-aċċess għal qorti matul it-twettiq tal-ispezzjonijiet u l-possibbilta li jużaw il-mezzi ta’ rikors ordinarji kontra tali awtorizzazzjoni; |
— |
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha terminu ta’ validita illimitat u peress li għandha kamp ta’ applikazzjoni estremament wiesgħa; |
— |
minħabba li l-mandat ta’ spezzjoni li jinsab flimkien mad-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma għandhux garanziji suffiċjenti ta’ imparzjalità u ta’ oġġettività, sa fejn intagħżlu aġenti tal-Kummissjoni li kienu diġà eżaminaw informazzjoni kunfidenzjali trażmessa lill-Kummissjoni mir-rikorrenti Lyonnaise des eaux France fil-kuntest ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni. |
(1) Każ COMP/B-1/39.756.