Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0300

    Kawża C-300/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugal) fis- 17 ta’ Ġunju 2010 — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

    ĠU C 234, 28.8.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugal) fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

    (Kawża C-300/10)

    ()

    2010/C 234/42

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Guimarães

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Vítor Hugo Marques Almeida

    Konvenuti: Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel.

    Domandi preliminari

    (a)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(1) tal-Ewwel Direttiva (72/166/KEE (1)), 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE (2)) u 1 u 1a tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE (3)) għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu lid-dritt ċivili nazzjonali, b’mod partikolari permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Código Civil (Kodiċi Ċivili) milli jimponi li f’każ ta’ ħabta bejn żewġ vetturi, fejn il-fatt mhuwa imputabbli fuq l-ebda wieħed mis-sewwieqa minħabba tort, li tagħat lok għal danni fiżiċi lill-passiġġier ta’ waħda minn dawn il-karozzi (il-persuna ddanneġġjata li qed titlob kumpens), il-kumpens li dan il-passiġier jitlob jiġi rrifjutata jew limitat minħabba li l-imsemmi passiġġier kien ikkontribwixxa għall-ħolqien tad-danni, sa fejn fil-karozza kien bil-qegħda ħdejn ix-xufier, mingħajr ma libes iċ-ċinturin tas-sigurtà, kif rikjest mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

    (b)

    Filwaqt li ntwera li meta ġrat il-ħabta bejn iż-żewġ vetturi involuti, il-passiġġier ħabat rasu bil-qawwa mal-windskrin, tant li kissirha, u b’hekk kellu diversi qtugħ fondi f’rasu u f’wiċċu?

    (c)

    U fid-dawl tal-fatt li, peress li waħda mill-vetturi involuti ma kinitx koperta b’assigurazzjoni valida u effettiva ma’ xi assiguratur meta seħħ l-inċident, huma konvenuti fl-azzjoni, minbarra l-assiguratur tal-vettura l-oħra involuta, is-sid tal-vettura mingħajr assigurazzjoni, ix-xufier tagħha u l-Fundo de Garantia Automóvel (il-Fond ta’ Garanzija tal-Karozzi), li, sa fejn hija involuta responsabbiltà oġġettiva, jistgħu jkunu responsabbli in solidum għall-ħlas tal-imsemmi kumpens?


    (1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

    ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10

    (2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3

    (3)  It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249


    Top