This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0016
Case C-16/10: Reference for a preliminary ruling from Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) made on 11 January 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd v Office of Communications and British Telecommunications PLC
Kawża C-16/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) tal- 11 ta’ Jannar 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications and British Telecommunications PLC
Kawża C-16/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) tal- 11 ta’ Jannar 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications and British Telecommunications PLC
ĠU C 63, 13.3.2010, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/40 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) tal-11 ta’ Jannar 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications and British Telecommunications PLC
(Kawża C-16/10)
2010/C 63/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd
Konvenut: Office of Communications and British Telecommunications PLC
Domandi preliminari
(1) |
Għandha s-setgħa mogħtija lill-Istati Membri taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) (“Direttiva Servizz Universali”), moqri flimkien mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (2) (“Direttiva Kwadru [Qafas]”), mal-Artikoli 3(2) u 6(2) tad-Direttiva 2002/20/KE (3) (“Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni”) u mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/22 u dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt Komunitarju, li jaħtru impriża waħda jew iktar sabiex jiggarantixxu l-provvista ta’ servizz universali, jew elementi differenti ta’ servizz universali, kif identifikati fl-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 9(2) tad-Direttiva 2002/22, tiġi interpetata fis-sens li:
|
(2) |
Id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, meta dawn jinqraw ukoll fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/22, jippermettu lill-Istati Membri li, f’ċirkustanzi fejn impriża tinħatar taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva Servizz Universali għall-finijiet tal-obbligu previst fl-Artikolu 5(1)(b) tal-istess direttiva (direttorju komprensiv tat-telefon tas-servizzi ta’ konsultazzjoni) mingħajr ma tkun meħtieġa li tipprovdi dan is-servizz direttament lill-utenti finali, jimponu obbligi speċifiċi fuq l-impriża maħtura sabiex din:
|
(1) Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 367)
(2) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).
(3) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).