Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0002

Kawża F-2/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 24 ta’ Frar 2010 — Menghi vs ENISA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova — Fastidju psikoloġiku)

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/57


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2010 — Menghi vs ENISA

(Kawża F-2/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku)

2010/C 234/104

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Achille Menghi (Cagliari, l-Italja), (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: minn E. Maurage, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix ikkonfermat il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009, p. 53.


Top