Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0471

    Kawża C-471/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Sanna Maria Parviainen vs Finnair Oyj ( “Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu — Artikoli 5(2) u 11(1) — Ħaddiema ttrasferita provviżorjament lejn post tax-xogħol ieħor matul it-tqala tagħha — Trasferiment minħabba riskju għas-sigurtà tagħha jew għal saħħitha u għal dik tat-tarbija tagħha — Ħlas inferjuri għall-ħlas medju rċevut qabel dan it-trasferiment — Ħlas preċedenti kompost minn salarju bażiku u minn varji allowances — Kalkolu tas-salarju li għalih għandha dritt il-ħaddiema tqila matul il-perijodu tat-trasferiment provviżorju tagħha” )

    ĠU C 234, 28.8.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Sanna Maria Parviainen vs Finnair Oyj

    (Kawża C-471/08) (1)

    (Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu - Artikoli 5(2) u 11(1) - Ħaddiema ttrasferita provviżorjament lejn post tax-xogħol ieħor matul it-tqala tagħha - Trasferiment minħabba riskju għas-sigurtà tagħha jew għal saħħitha u għal dik tat-tarbija tagħha - Ħlas inferjuri għall-ħlas medju rċevut qabel dan it-trasferiment - Ħlas preċedenti kompost minn salarju bażiku u minn varji allowances - Kalkolu tas-salarju li għalih għandha dritt il-ħaddiema tqila matul il-perijodu tat-trasferiment provviżorju tagħha)

    2010/C 234/13

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Helsingin käräjäoikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sanna Maria Parviainen

    Konvenuta: Finnair Oyj

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Helsingin käräjäoikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Air hostess, li ħadmet bħala purser, ittrasferita minħabba t-tqala tagħha lejn post tax-xogħol fuq l-art imħallas inqas mill-post tax-xogħol li kienet tokkupa qabel it-trasferiment — Żamma ta’ remunerazzjoni ekwivalenti għar-remunerazzjoni li kienet tirċievi qabel it-trasferiment

    Dispożittiv

    L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiema tqila li, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/85, ġiet ittrasferita provviżorjament minħabba t-tqala tagħha lejn post tax-xogħol fejn tagħmel xogħol differenti minn dak li kienet twettaq qabel dan it-trasferiment, ma għandhiex dritt għal paga li hija ekwivalenti għall-paga medja li kienet tirċievi qabel l-imsemmi trasferiment. Minbarra ż-żamma tas-salarju bażiku tagħha, tali ħaddiema għandha d-dritt, skont l-imsemmi Artikolu 11(1), għall-elementi tal-paga jew għall-allowances relatati mal-istatus professjonali tagħha, bħall-allowances relatati mal-kwalità tagħha ta’ superjur ġerarkiku, mal-anzjanità tagħha u mal-kwalifiki professjonali tagħha. Għalkemm l Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 ma jipprekludix l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tal-paga li għandha titħallas lil tali ħaddiema bbażat fuq il-valur medju tal-allowances marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ekwipaġġ tal-kabina kollu li jaqa’ taħt l-istess skala ta’ salarju matul perijodu determinat ta’ riferiment, in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija elementi tal-paga jew tal-imsemmija allowances għandu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


    Top