Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0139

    Kawża C-139/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad- 29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Technische Glaswerke Ilmenau GMBH, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja ( “Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-iskop ta’ investigazzjoni — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li jsir eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess” )

    ĠU C 234, 28.8.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Technische Glaswerke Ilmenau GMBH, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

    (Kawża C-139/07 P) (1)

    (Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-iskop ta’ investigazzjoni - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li jsir eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)

    2010/C 234/02

    Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniz

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz, P. Aaltoet u C. Docksey, aġenti)

    Appellati: Technische Glaswerke Ilmenau GmbH (rappreżentanti: C. Arhold u N. Wimmer, avukati), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Wistrand, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)

    Suġġett

    Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau GmbH vs Il-Kummissjoni (T-237/02), li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Mejju 2002, safejn din tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija lilha mill-Istat — Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għal dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ eżami tal-għajnuna mogħtija mill-Istat — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li tipproċedi għal evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess

    Dispożittiv

    (1)

    Il-punti 1 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-14 ta’ Diċembru 2006, Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni (T-237/02), huma annullati.

    (2)

    Ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u li huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-28 ta’ Mejju 2002, sa fejn dan jirrifjuta aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Technische Glaswerke Ilmenau GmbH huwa miċħud.

    (3)

    Technische Glaswerke Ilmenau GmbH hija kkundannata minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-każ ta’ dan l-appell.

    (4)

    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 140, 23.06.2007.


    Top