This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007AP0104
European Parliament legislative resolution of 24 April 2007 on the initiative by the Republic of Finland with a view to the adoption of a Council decision adjusting the basic salaries and allowances applicable to Europol staff (16333/2006 - C6-0047/2007 - 2007/0801(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb li tkun adottata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal ta' l-Europol (16333/2006 - C6-0047/2007 - 2007/0801(CNS))

ĠU C 74E, 20.3.2008, pp. 157–158
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb li tkun adottata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal ta' l-Europol (16333/2006 - C6-0047/2007 - 2007/0801(CNS))
Official Journal 074 E , 20/03/2008 P. 0157 - 0158
P6_TA(2007)0104 L-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal ta' l-Europol * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb li tkun adottata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal ta' l-Europol (16333/2006 — C6-0047/2007 — 2007/0801(CNS)) (Proċedura ta' konsultazzjoni) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja (16333/2006) [1], - wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat- 3 ta' Diċembru 1998 li jwassal għall-adozzjoni ta' Statut tal-persunal tal-Europol [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 44 tiegħu, - wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0047/2007), - wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Kontroll Demokratiku tal-Europol" (COM(2002)0095), - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat- 30 ta' Mejju 2002 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp fil-futur tal-Europol u l-integrazzjoni sħiħa tiegħu fis-sistema istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea [3], - wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill ta' l- 10 ta' April 2003 dwar l-iżvilupp fil-futur tal-Europol [4], - wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 u l-Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0136/2007), 1. Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja; 2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; 3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sustanzjali l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja; 4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll lill-gvern tar-Reppubblika tal-Finlandja. [1] ĠU C 41, 24.2.2007, p.3. [2] ĠU C 26, 30.1.1999, p.23. [3] ĠU C 187 E, 7.8.2003, p.144. [4] ĠU C 64 E, 12.3.2004, p.588. --------------------------------------------------