This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1691
Commission Regulation (EU) 2019/1691 of 9 October 2019 amending Annex V to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council concerning the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1691 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1691 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7129
ĠU L 259, 10.10.2019, p. 9–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1907 | Sostituzzjoni | anness V punt 12 | 30/10/2019 |
10.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1691
tad-9 ta’ Ottubru 2019
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fih lista ta’ sustanzi li huma eżentati mill-obbligu li jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 2(7)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Id-diġestat huwa materjal residwali semisolidu jew likwidu li jkun ġie sanitizzat u stabbilizzat bi proċess ta’ trattament bijoloġiku li l-aħħar stadju tiegħu jkun stadju ta’ diġestjoni anaerobika, u fejn l-inputs użati f’dak il-proċess ikunu materjali bijodegradabbli li joriġinaw biss minn materjali segregati minn sorsi mhux perikolużi, bħall-iskart tal-ikel, id-demel u l-uċuħ tar-raba’ li jintużaw għall-enerġija. Il-bijogass li jirriżulta mill-istess proċess bħad-diġestat jew minn proċessi oħra tad-diġestjoni anaerobika, kif ukoll kompost li jirriżulta mid-dekompożizzjoni aerobika ta’ materjali bijodegradabbli simili, diġà huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, jenħtieġ li d-diġestat li, jew mhuwiex skart jew ma għadux skart, jiġi elenkat ukoll f’dak l-Anness, billi mhuwiex xieraq u mhux neċessarju li jkun rikjest li dik is-sustanza tiġi rreġistrata u billi l-eżenzjoni tagħha mit-Titoli II, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma tippreġudikax l-objettivi ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
S’issa ma ġewx sottomessi reġistrazzjonijiet għad-diġestat. L-elenkar tad-diġestat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiċċara li d-diġestat huwa eżentat mir-reġistrazzjoni, għal raġunijiet simili għal dawk li jiġġustifikaw l-eżenzjoni eżistenti tal-kompost u tal-bijogass, sabiex b’hekk jitneħħew l-inċertezzi li jiltaqgħu magħhom il-produtturi u l-utenti tad-diġestat u mill-awtoritajiet tal-infurzar. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“12. |
Kompost, bijogass u diġestat.”. |