This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2406
Commission Regulation (EU) 2015/2406 of 18 December 2015 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Accounting Standard 1 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2406 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2406 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 333, 19.12.2015, p. 97–103
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1126 | Emenda | anness | 22/12/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R1803 | 16/10/2023 |
19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/97 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2406
tat-18 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standard, IAS) 1 Presentation of Financial Statements intitolata Disclosure Initiative. L-emendi għandhom l-għan li jtejbu l-effettività tad-divulgazzjoni u jħeġġu lill-kumpaniji biex japplika l-ġudizzju professjonali tiegħu fid-determinazzjoni ta' liema informazzjoni li tiżvela fir-rapporti finanzjarji tagħhom meta jiġi applikat l-IAS 1. |
(3) |
L-emendi għall-IAS 1 jimplikaw, bħala konsegwenza, emendi għall-IAS 34 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 7 biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(4) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 1 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1 Presentation of Financial Statements huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
IAS 34 Presentation of Financial Statements u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 7 Financial Instruments: Disclosures huma emendati skont l-emendi għall-IAS 1 kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)
ANNESS
Inizjattiva ta' Divulgazzjoni
(Emendi għall-IAS 1)
Emendi għall-
IAS 1 — Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafi 10, 31, 54-55, 82 A, 85, 113-114, 117, 119 u 122 huma emendati, il-paragrafi 30a, 55a, 85 A u 85B-139P huma miżjuda u l-paragrafi 115 u 120 huma mħassra. Il-paragrafi 29-30, 112, 116, 118 u 121 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.
Sett sħiħ ta' rapporti finanzjarji
10. |
Sett sħiħ ta' rapporti finanzjarji jkun fih:
Entità tista' tuża titli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu “rapport tal-introjtu komprensiv” minflok “rapport tal-profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor”. … |
Materjalità u aggregazzjoni
29. |
Entità tippreżenta separatament kull klassi materjali ta' entrati simili. Entità tippreżenta separatament entrati ta' natura jew funzjoni mhux simili, ħlief jekk huma immaterjali. |
30. |
Ir-rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta' numru kbir ta' tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jinġabru fi klassijiet skont in-natura jew il-funzjoni tagħhom. Il-fażi finali fil-proċess ta' aggregazzjoni u klassifikazzjoni hi l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fil-qosor u kklassifikata, li tifforma l-partiti fir-rapporti finanzjarji. Jekk partita ma tkunx individwalment materjali, din tkun aggregata ma' entrati oħra jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. Entrata li mhijiex materjali biżżejjed biex tiġġustifika preżentazzjoni separata f'dawk ir-rapporti tista' tiġġustifika preżentazzjoni separata fin-noti. |
30A |
Meta tapplika dan u IFRSs oħra, entità tiddeċiedi, wara li tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, kif tiġbor l-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji, li tinkludi n-noti. Entità ma għandhiex tnaqqas il-komprensibilità tar-rapporti finanzjarji tagħha billi tgħatti informazzjoni materjali b' informazzjoni immaterjali jew billi taggrega entrati materjali li għandhom natura jew funzjonijiet differenti. |
31. |
Ċerti IFRSs jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji, li jinkludu n-noti. Entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga informazzjoni speċifika meħtieġa minn IFRS jekk l-informazzjoni li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma tkunx materjali. Dan huwa l-każ anki jekk l-IFRS ikun fihom lista ta' rekwiżiti speċifiċi jew jiddeskrivihom bħala rekwiżiti minimi. Entità tqis ukoll jekk tiddivulgax informazzjoni addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-IFRSs ma tkunx biżżejjed biex tippermetti li l-utenti ta' rapporti finanzjarji jifhmu l-impatt ta' tranżazzjonijiet partikolari, jew ta' avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità. |
…
Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja
54. |
Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jkun jinkludi partiti li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:
|
55. |
Entità tippreżenta partiti addizzjonali, (inkluż bid-diżagregazzjoni tal-partiti elenkati fil-paragrafu 54), intestaturi u subtotali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. |
55A |
Meta entità tippreżenta subtotali skont il-paragrafu 55, dawk is-subtotali:
|
…
Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fit-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor
82A |
It-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor tippreżenta l-partiti għall-ammonti għall-perjodu ta':
… |
85. |
Entità tippreżenta partiti addizzjonali (inkluż permezz tad-diżaggregazzjoni tal-partiti elenkati fil-paragrafu 82), intestaturi u subtotali fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor meta tali preżentazzjoni tkun relevanti biex tinftiehem il-prestazzjoni finanzjarja tal-entità. |
85A |
Meta entità tippreżenta subtotali skont il-paragrafu 85, dawk is-subtotali:
|
85B |
Entità tippreżenta l-partiti fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor li jirrikonċiljaw kwalunkwe subtotali ppreżentati skont il-paragrafu 85 b'subtotali jew totali meħtieġa f'IFRS għal tali dikjarazzjoni(jiet). |
…
Struttura
112. |
In-noti:
|
113. |
Entità, sa fejn ikun prattikabbli, tippreżenta n-noti b'mod sistematiku. Sabiex jiġi ddeterminat mod sistematiku, l-entità tqis l-effett fuq il-fehim u l-komparabilità tar-rapporti finanzjarji tagħha. Entità timmarka kull entrata fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u fir-rapport(i) ta' profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor, u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus għal kwalunkwe informazzjoni relatata fin-noti. |
114. |
Eżempji ta' ordni sistematiku jew ġbir ta' noti jinkludu:
|
115. |
[Imħassra] |
116. |
Entità tista' tippreżenta noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u dwar il-politika speċifika tal-kontabilità bħala sezzjoni separata tar-rapporti finanzjarji. |
Divulgazzjoni tal-politika tal-kontabilità
117. |
Entità tiddivulga l-politiki tal-kontabilità sinifikanti tagħha li jinkludu:
|
118. |
Hu importanti għal entità li tinforma lill-utenti dwar il-bażi jew bażijiet tal-kejl użati fir-rapporti finanzjarji (pereżempju, il-kost storiku, il-kost kurrenti, il-valur nett realizzabbli, il-valur ġust jew l-ammont li jista' jiġi rkuprat) minħabba li l-bażi li fuqha entità tħejji r-rapporti finanzjarji taffettwa b'mod sinifikanti l-analiżi tal-utenti. Meta entità tuża aktar minn bażi waħda ta' kejl fir-rapporti finanzjarji, pereżempju, meta klassijiet partikolari ta' assi huma vvalutati mill-ġdid, hu biżżejjed li tkun ipprovduta indikazzjoni tal-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom kull bażi ta' kejl tkun ġiet applikata. |
119. |
Fid-deċiżjoni dwar jekk politika partikolari tal-kontabilità għandhiex tkun divulgata jew le, il-maniġment jikkunsidra jekk id-divulgazzjoni ta' dik l-informazzjoni tgħinx lill-utenti biex jifhmu kif it-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn huma riflessi fil-prestazzjoni finanzjarji u fil-pożizzjoni finanzjarja li ġew irrappurtati. Kull entità għandha tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet tagħha u l-politiki li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jistennew li jiġu divulgati għal dik it-tip ta' entità. Id-divulgazzjoni tal-politika partikolari tal-kontabilità hi utli għall-utenti b'mod partikulari meta dik il-politika tintgħażel minn alternattivi permessi fl-IFRSs. Eżempju hu d-divulgazzjoni ta' jekk entità tapplikax il-valur ġust jew mudell tal-kost għall-proprjetà għall-investiment tagħha (ara l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment). Xi IFRSs jeħtieġu speċifkament divulgazzjoni dwar politiki kontabilistiċi partikolari, inklużi għażliet magħmula mill-maniġment bejn il-politiki differenti li jippermettu. Pereżempju, l-IAS 16 jeħtieġ divulgazzjoni dwar il-bażijiet ta' kejl użati fil-klassijiet tal-proprjetà, impjanti u tagħmir. |
120. |
[Imħassra] |
121. |
Politika tal-kontabilità tista' tkun sinifikanti minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tal-entità anki jekk l-ammonti għall-perijodi kurrenti u preċedenti ma jkunux materjali. Hu xieraq ukoll li entità tiżvela kull politika sinifikanti tal-kontabilità li mhix meħtieġa speċifikament mill-IFRSs iżda li l-entità tagħżel u tapplika skont l-IAS 8. |
122. |
Entità tiddivulga, flimkien mal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika ta' kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. |
…
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
…
139P |
L-Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafi 10, 31, 54-55, 82, 85, 113-114, 117, 119 u 122, żiedet il-paragrafi 30 A, 55 A u 85 A-85B u ħassret il-paragrafi 115 u 120. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. L-entitajiet ma humiex meħtieġa jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 28-30 tal-IAS 8 fir-rigward ta' dawn l-emendi. |
Emendi konsegwenzjali għal Standards oħra
IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet
Il-paragrafu 21 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 44BB.
Politika ta' kontabilità
21. |
B'konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiddivulga l-politiki sinifikanti tal-kontabilità tagħha li jinkludu l-bażi (jew bażijiet) tal-kejl li jintużaw fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji u l-politiki l-oħra tal-kontabilità użati u li jkunu rilevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji. |
…
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
44BB |
L-Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafi 21 u B5. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta' dawk l-emendi. |
Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B5 huwa emendat.
Divulgazzjoni oħra — politika tal-kontabilità (il-paragrafu 21)
B5 |
Il-paragrafu 21 jirrikjedi d-divulgazzjoni tal-bażi (jew bażijiet) ta' kejl użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u l-politika l-oħra tal-kontabilità użata li huma relevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji. Għal strumenti finanzjarji, din id-divulgazzjoni tista' tinkludi:
|
Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi wkoll li l-entitajiet jiżvelaw, flimkien mal-politiki sinifikanti tal-kontabilità tagħhom jew noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.
IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 57.
KONTENUT TA' RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
5. |
L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta' rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin: …
… |
DATA EFFETTIVA
…
57. |
Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafu 5. Entità tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta' dik l-emenda. |