This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2416
Commission Implementing Decision (EU) 2015/2416 of 17 December 2015 recognising certain areas of the United States of America as being free from Agrilus planipennis Fairmaire (notified under document C(2015) 9185)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 tas-17 ta' Diċembru 2015 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (notifikata bid-dokument C(2015) 9185)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 tas-17 ta' Diċembru 2015 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (notifikata bid-dokument C(2015) 9185)
ĠU L 333, 19.12.2015, pp. 128–142
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/02/2017; Imħassar b' 32017D0204
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32016D1992 | Tħassir | anness punt 2 punt (m) TEXT | 14/11/2016 | |
| Modified by | 32016D1992 | Tħassir | anness punt 2 punt (f) TEXT | 14/11/2016 | |
| Modified by | 32016D1992 | Tħassir | anness punt 2 punt (h) TEXT | 14/11/2016 | |
| Modified by | 32016D1992 | Żieda | anness punt 2 punt (l) TEXT | 14/11/2016 | |
| Modified by | 32016D1992 | Tħassir | anness punt 2 punt (i) TEXT | 14/11/2016 | |
| Repealed by | 32017D0204 | 06/02/2017 |
|
19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/128 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2416
tas-17 ta' Diċembru 2015
li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire
(notifikata bid-dokument C(2015) 9185)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jipprovdu għal rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn ċerti pajjiżi. Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti speċjali huwa r-rekwiżit ta' dikjarazzjoni uffiċjali illi dawk il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra joriġinaw minn żona rikonoxxuta bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire. |
|
(2) |
L-Istati Uniti tal-Amerka talbu r-rikonoxximent ta' ċerti żoni tat-territorju tagħhom bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire f'konformità mal-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE. |
|
(3) |
Minn informazzjoni uffiċjali ppreżentata mill-Istati Uniti tal-Amerka, jidher li ċerti żoni tat-territorju tagħha huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire. Dawk iż-żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka għandhom għalhekk jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa minn dak l-organiżmu ta' ħsara. |
|
(4) |
Fid-dawl tat-tixrid kontinwu tal-Agrilus planipennis Fairmaire fl-Istati Uniti tal-Amerka, huwa xieraq li dan ir-rikonoxximent li dawn iż-żoni kkonċernati huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire ikun limitat għal ċertu perjodu. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rikonoxximent
Għall-finijiet tal-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, iż-żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire.
Artikolu 2
Data ta' skadenza
Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
LISTA TA' ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
(1) |
L-Istati li huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire
|
|
(2) |
Kontej ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire
|