Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32014D0749

2014/749/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea

ĠU L 311, 31.10.2014, str. 36—38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status prawny dokumentu Już nie obowiązuje, Data zakończenia ważności: 31/10/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/749/oj

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-23 ta' Ottubru 2014

li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea

(2014/749/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE (1) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2013/272/UE (2) dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni.

(3)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tagħha, għandha tinħatar għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna ppreżentata lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew eleġġieh bħala l-President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014.

(5)

Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (3), adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru bħala Membri tal-Kummissjoni. Permezz tad-Deċiżjoni 2014/716/UE, Euratom (4), li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom, il-Kunsill adotta, permezz ta' ftehim komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, lista ġdida tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni.

(6)

Permezz tal-votazzjoni li saret fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni.

(7)

Għalhekk il-Kummissjoni għandha tinħatar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin inħatru għall-Kummissjoni Ewropea, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sal-31 ta' Ottubru 2019:

bħala President:

Is-Sur Jean-Claude JUNCKER

bħala Membri:

Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS

Is-Sur Andrus ANSIP

Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE

Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS

Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA

Is-Sinjura Violeta BULC

Is-Sinjura Corina CREȚU

Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA

Is-Sur Johannes HAHN

Is-Sur Jonathan HILL

Is-Sur Phil HOGAN

Is-Sinjura Věra JOUROVÁ

Is-Sur Jyrki KATAINEN

Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

Is-Sur Neven MIMICA

Is-Sur Carlos MOEDAS

Is-Sur Pierre MOSCOVICI

Is-Sur Tibor NAVRACSICS

Is-Sur Günther OETTINGER

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

Is-Sur Christos STYLIANIDES

Is-Sinjura Marianne THYSSEN

Is-Sur Frans TIMMERMANS

Is-Sur Karmenu VELLA

Is-Sinjura Margrethe VESTAGER

Is-Sinjura Federica MOGHERINI, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2014.

Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE tad-9 ta' Frar 2010 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/648/UE, Euratom, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Settembru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni (ĠU L 268, 9.9.2014, p. 5).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/716/UE, Euratom, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ottubru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (ĠU L 299, 17.10.2014, p. 29).


Góra