Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0194

    2013/194/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ April 2013 li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 113, 25.4.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/194(1)/oj

    25.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 113/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ April 2013

    li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2013/194/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juan Ignacio DIEGO PALACIOS, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Cristina MAZAS PÉREZ OLEAGA sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

    (a)

    bħala membru:

    is-Sinjura Cristina MAZAS PÉREZ-OLEAGA, Consejera de Economía, Hacienda y Empleo

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    is-Sinjura Inmaculada VALENCIA BAYÓN, Directora General de Economía y Asuntos Europeos.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. GILMORE


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top