This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0284
Commission Regulation (EU) No 284/2011 of 22 March 2011 laying down specific conditions and detailed procedures for the import of polyamide and melamine plastic kitchenware originating in or consigned from the People’s Republic of China and Hong Kong Special Administrative Region, China
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat- 22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat- 22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina
ĠU L 77, 23.3.2011, p. 25–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32011R0284R(01) | (NL) | |||
Corrected by | 32011R0284R(02) | (DA) | |||
Corrected by | 32011R0284R(03) | (FI) |
23.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 284/2011
tat-22 ta’ Marzu 2011
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (2) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta ma’ materjali u oġġetti tal-plastika li huma maħsubin għall-kuntatt mal-oġġetti tal-ikel, dawn jinkludu r-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, u r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet dwar is-sustanzi li jistgħu jintużaw fihom. |
(2) |
Is-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Għalf u l-Ikel irċeviet bosta notifiki u twissijiet skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel importati fl-Unjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem – iċ-Ċina) u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta' Ħong Kong, tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – Ħong Kong), li jnixxu ammonti ta’ kimiċi fl-ikel jew f’simulant tal-ikel li mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Dawn in-notifiki u t-twissijiet jikkonċernaw primarjament l-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ ammini aromatiċi primarji u l-formaldeid għal ġol-ikel kif stipulat fil-Parti A tal-Anness V u t-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE rispettivament. |
(4) |
L-ammini aromatiċi primarji (minn hawn 'il quddiem – AAP) huma familja ta' komposti li xi wħud minnhom huma karċinoġeni filwaqt li dwar oħrajn hemm is-suspett li huma karċinoġeni. L-APP jistgħu jinstabu f’materjali li jkunu maħsubin għall-kuntatt mal-ikel minħabba li dawn ikun fihom xi impuritajiet jew prodotti ta’ skompożizzjoni. |
(5) |
L-oġġetti tal-kċina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong ġew irrappurtati li jnixxu livell għoli ta’ AAP għal ġol-ikel. |
(6) |
Id-Direttiva 2002/72/KE tawtorizza l-użu tal-formaldeid fil-manifattura tal-plastiċi sakemm dawn il-plastiċi ma jnixxux aktar minn 15 mg/kg ta’ formaldeid ġol-ikel (limitu speċifiku ta’ migrazzjoni (LSM) espress bħala total ta’ formaldeid u eżametilinatetramina). |
(7) |
L-oġġetti tal-kċina tal-melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong ġew irrappurtati li jnixxu livelli ogħla minn dawk awtorizzati għal ġol-ikel. |
(8) |
F’dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ inizjattivi biex iżżid it-tagħrif dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni li jikkonċernaw dawk il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel importati fl-Unjoni, fost l-inizjattivi kien hemm laqgħat ta’ taħriġ għall-awtoritajiet tal-kontroll Ċiniżi u għall-industrija kkonċernata. |
(9) |
Minkejja dawn l-inizjattivi, il-missjonijiet fl-2009 tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fiċ-Ċina u f’Ħong Kong identifikaw għadd ta’ defiċjenzi serji fis-sistema uffiċjali ta’ kontroll fir-rigward tal-materjali tal-plastika li jiġu f’kuntatt mal-ikel maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni; u għadd kbir ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong, għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-materjali u l-oġġetti li jkunu maħsubin biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel, inklużi ċerti rekwiżiti ġenerali u speċifiċi li għandhom jissodisfaw dawn il-materjali u oġġetti. Skont l-Artikolu 24 tiegħu, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali fuq l-ikel u l-għalf. Dawn id-dispożizzjonijiet huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(11) |
B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li fejn il-liġijiet tal-Unjoni ma jistabbilixxux il-kundizzjonijiet u l-proċeduri fid-dettall li għandhom jiġu rispettati fl-importazzjoni ta’ oġġetti minn pajjiżi terzi, dawn jistgħu, fejn hemm bżonn, jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. |
(12) |
L-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jqis ir-riskji marbutin ma’ dawn il-prodotti u jipprevedi l-possibbiltà tal-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ xi prodotti partikolari li jiġu minn ċerti pajjiżi terzi. |
(13) |
Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa mill-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, kull konsenja ta’ dawn il-prodotti għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti xierqa li jinkludu r-riżultati analitiċi li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ AAP u formaldeid rispettivament, kif stipulat fid-Direttiva 2002/72/KE. |
(14) |
Biex tkun żgurata organizzazzjoni aktar effikaċi tal-kontrolli tal-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, l-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel dwar il-wasla u n-natura tal-konsenji. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jallokaw punti speċifiċi tal-ewwel introduzzjoni li minnhom ikunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni l-konsenji ta’ dawn l-oġġetti. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. |
(15) |
Biex ikun żgurat ċertu grad ta’ uniformità fil-livell tal-Unjoni rigward il-kontrolli fuq l-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, f’dan ir-Regolament għandha tkun iddefinita l-proċedura tal-kontrolli uffiċjali ddefinita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-iċċekkjar tad-dokumenti, tal-identità, kif ukoll eżamijiet fiżiċi. |
(16) |
F’każ li l-eżamijiet fiżiċi juru nuqqas ta’ konformità, l-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Għalf u l-Ikel. |
(17) |
L-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità, f’każi speċifiċi, li jawtorizzaw it-tmexxija tal-konsenji tal-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong 'il quddiem minn l-ewwel punt ta' introduzzjoni, sakemm ikunu saru l-arranġamenti mal-awtorità kompetenti fil-punt ta’ destinazzjoni biex tkun żgurata t-traċċabiltà tal-konsenji fil-frattemp bejn il-kontrolli fiżiċi u l-ħruġ tar-riżultati tagħhom, dan jippermetti li l-awtorità kompetenti tkun tista’ twettaq il-proċess tal-importazzjoni ta’ din it-tip ta’ konsenja b’mod effikaċi u effiċjenti. |
(18) |
L-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong għandhom jinħelsu għall-moviment liberu biss ladarba jkunu tlestew il-kontrolli kollha u jkunu magħrufin ir-riżultati.Għal dan il-għan, ir-riżultati tal-kontrolli għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana qabel ma jkunu jistgħu jinħelsu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera. |
(19) |
Għandha tiġi stabbilita proċedura għar-reġistrazzjoni tat-tagħrif li jinkiseb minn dawn il-kontrolli. Dan it-tagħrif għandu jitressaq lill-Kummissjoni b’mod regolari. |
(20) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti regolarment filwaqt li jitqies it-tagħrif li jkun intbagħat mill-Istati Membri. |
(21) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u l-proċeduri fid-dettall għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – iċ-Ċina) u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – Ħong Kong).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
‘oġġetti tal-kċina tal-plastika’ tfisser materjali tal-plastika kif deskritt fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/72/KE u li jidħlu taħt il-kodiċi NM ex 3924 10 00; |
(b) |
‘konsenja’ tfisser għadd ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid jew melammina, inklużi fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz ta’ trasport u ġejjin mill-istess pajjiż terz; |
(c) |
‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri maħturin skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004; |
(d) |
‘l-ewwel punt ta' introduzzjoni’ tfisser il-punt tad-dħul ta’ konsenja fl-Unjoni; |
(e) |
‘l-iċċekkjar tad-dokumenti’ tfisser l-iċċekkjar tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(f) |
‘l-iċċekkjar tal-identità’ tfisser spezzjoni viżiva biex ikun żgurat li d-dokumenti mal-konsenja jkunu jaqblu mal-kontenut tal-konsenja; |
(g) |
‘eżami fiżiku’ tfisser it-teħid ta’ kampjun għall-analiżi u għall-ittestjar f’laboratorju u kull kontroll ieħor meħtieġ għall-verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar it-tnixxija tal-AAP u l-formaldeid stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE. |
Artikolu 3
Il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni
1. L-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong għandhom jiġu importati fl-Istati Membri biss sakemm għal-kull konsenja l-importatur iressaq formola ta’ dikjarazzjoni mimlija lill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-konsenja tissodisfa r-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ amini aromatiċi primarji u formaldeid stipulati rispettivament fil-Parti A tal-Anness V u fit-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2002/72/KE.
2. Mudell tad-dikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni għandha tkun miktuba bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru li fih tkun importata l-konsenja.
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn rapport tal-laboratorju li jipprovdi:
(a) |
għall-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-poliammid, riżultati analitiċi li juru li dawn ma jnixxux l-amini aromatiċi primarji għal ġol-ikel jew is-simulanti tal-ikel f’kwantità li tista’ tiġi osservata. Il-limitu ta’ osservazzjoni japplika għat-total tal-amini aromatiċi primarji. Għall-għan tal-analiżi, il-limitu ta’ osservazzjoni għall-amini aromatiċi primarji huwa ffissat għal 0,01 mg/kg ta’ ikel jew simulant tal-ikel; |
(b) |
għall-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-melammina, riżultati analitiċi li juru li dawn ma jnixxux il-formaldeid għal ġol-ikel jew is-simulanti tal-ikel f’kwantità ogħla minn 15 mg/kg ta’ ikel. |
4. L-awtorità kompetenti għandha tindika fuq id-dikjarazzjoni, stabbilita fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, il-prodotti humiex aċċettabbli għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, skont jissodisfawx jew le l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE kif stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji
L-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni mill-inqas żewġt iġranet tax-xogħol minn qabel id-data u l-ħin imbassra għall-wasla attwali ta’ konsenji li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong.
Artikolu 5
In-notifika tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jallokaw l-ewwel punti ta’ introduzzjoni speċifiċi għal konsenji li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong, għandhom jippubblikaw lista aġġornata fuq l-Internet ta’ dawn il-punti u jibagħtu l-indirizz tal-Internet lill-Kummissjoni.
Fis-sit elettroniku tagħha, il-Kummissjoni għandha tippubblika; għal skopijiet ta’ tagħrif, il-ħoloq għas-siti fejn jinstabu l-listi nazzjonali tal-ewwel punti ta’ introduzzjoni speċifiċi.
Artikolu 6
Il-kontrolli fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni
1. L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha twettaq:
(a) |
l-iċċekkjar tad-dokumenti tal-konsenji kollha fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol mill-wasla tagħhom; |
(b) |
kontrolli fiżiċi u dawk tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju ta’ 10 % tal-konsenji, b’mod li l-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu jbassru fuq liema konsenji se jitwettqu l-kontrolli; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament. |
2. Jekk l-analiżi tal-laboratorju msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 turi nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Ikel u l-Għalf stabbilita bl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Artikolu 7
It-tmexxija ’l quddiem tal-konsenji
L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni tista’ tawtorizza t-tmexxija 'l quddiem tal-konsenji li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong fil-frattemp bejn it-twettieq tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-ħruġ tar-riżultati.
Jekk l-awtorità kompetenti tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, għandha tavża lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u tipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness, mimlija, kif stipulat fl-Artikolu 3 u r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1), malli dawn tal-aħħar isiru disponibbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-arranġamenti xierqa biex jaċċertaw li l-konsenji jibqgħu l-ħin kollu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti b’mod li ħadd ma jkun jista’ b’ebda mod ibagħbashom sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1).
Artikolu 8
Rilaxx għaċ-Ċirkolazzjoni Libera
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti tal-kċina tal-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong huwa suġġett għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni li hi stabbilita fl-Anness, mimlija skont kif stipulat fl-Artikolu 3, lill–awtoritajiet tad-dwana.
Artikolu 9
Rapporti lill-Kummissjoni
1. Meta jitwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rikordju tat-tagħrif kollu li jidher hawn taħt:
(a) |
id-dettalji ta’ kull konsenja eżaminata, li jinkludu:
|
(b) |
in-numru ta’ konsenji li minnhom jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi; |
(c) |
ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 6. |
2. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni li jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1, kull tliet xħur sal-aħħar tax-xahar wara t-tliet xhur.
Artikolu 10
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.
(4) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
ANNESS
Dikjarazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal kull konsenja ta’ oġġetti tal-kċina tal-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina
Test ta 'immaġni