This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0115
Commission Regulation (EU) No 115/2010 of 9 February 2010 laying down the conditions for use of activated alumina for the removal of fluoride from natural mineral waters and spring waters (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad- 9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad- 9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 37, 10.2.2010, p. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010R0115R(01) | (CS) |
10.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2010
tad-9 ta’ Frar 2010
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(1)(c) u l-Artikolu 12(d) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/40/KE tas-16 ta’ Mejju 2003 (2) li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita bl-ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat tiffissa l-limitu massimu tal-fluworidu fl-ilmijiet minerali naturali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ilma tan-nixxigħat, dan il-limitu hu ffissat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 (3) dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
(2) |
Biex l-operaturi jkunu jistgħu jikkonformaw ma' dawk id-Direttivi, it-trattament biex jitneħħa l-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat bl-użu ta' alumina attivata (minn hawn 'il quddiem “it-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu”) għandu jkun awtorizzat. |
(3) |
It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu m'għandux iżid fdalijiet mal-ilma trattat f'konċentrazzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa pubblika. |
(4) |
It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jkun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jeżerċitaw il-kontrolli neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tat-trattament. |
(5) |
L-użu tat-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-ilma ttrattat. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u lanqas il-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. It-trattament tal-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet tan-nixxigħat bl-alumina attivat biex jitneħħa l-fluworidu, minn hawn 'il quddiem “it-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu”, għandu jkun permess.
L-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet tan-nixxiegħa flimkien nirreferu għalihom minn hawn 'il quddiem bħala “ilma”.
2. It-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandu jitwettaq skont il-ħtiġijiet tekniċi kif iffissat fl-Anness.
Artikolu 2
L-introduzzjoni tal-fdalijiet fl-ilma bħala riżultat tat-trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tkun baxxa kemm huwa teknikament vijabbli skont l-aħjar prattiċi u m'għandhiex tippreżenta riskju lis-saħħa pubblika. Biex ikun żgurat dan, l-operatur għandu jimplimenta u jissorvelja l-istadji kritiċi tal-proċess stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
1. L-applikazzjoni ta' trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tliet xhur qabel l-użu.
2. Bin-notifika, l-operatur għandu jikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni u r-riżultati analitiċi dwar it-trattament li juru li jikkonforma mal-Anness.
Artikolu 4
It-tikketta fuq l-ilma li kien suġġett għal trattament tat-tneħħija tal-fluworidu għandha tinkludi, qrib l-istqarrija tal-kompożizzjoni analitika, l-indikazzjoni “ilma li ġie suġġett għal teknika tal-assorbiment awtorizzat”.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-prodotti li kienu introdotti fis-suq sal-10 ta’ Awissu 2010 u li ma jikkonformawx mal-Artikolu 4, jistgħu jitħallew fis-suq sal-10 ta’ Awissu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.
(2) ĠU L 126, 22.5.2003, p. 34.
(3) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
ANNESS
Ħtiġijiet tekniċi għall-użu tal-alumina attivata għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat
L-istadji kritiċi tal-proċess li ġejjin għandhom ikunu implimentati u ssorveljati kif inhu xieraq:
1. |
Qabel ma tintuża l-alumina attivata għat-trattament tal-ilma, għandha tkun soġġetta għal proċedura ta' inizjazzjoni li tinkludi l-użu ta' kimiċi aċidużi jew alkalini biex jitneħħew kwalunkwe fdalijiet u tlaħliħa biex jitneħħa frak żgħir ħafna. |
2. |
Għandha tkun applikata proċedura ta' riġenerazzjoni f'intervalli ta' minn ġimgħa għal erba' ġimgħat skont il-kwalità tal-ilma u l-ammont ipproċessat. Din għandha tinkludi l-użu ta' kimiċi xierqa li jneħħu l-joni assorbiti sabiex tkun restawrata l-kapaċità ta' assorbiment tal-alumina attivata, u biex jitneħħew kwalunkwe biofilms possibbli li jkunu ffurmaw. Din il-proċedura għandha titwettaq fit-tliet stadji li ġejjin:
|
3. |
Il-kimiċi u r-reaġenti użati għall-proċeduri ta' inizjalizzazzjoni u r-riġenerazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards Ewropej relevanti (1) jew l-istandards nazzjonali applikabbli għall-purità tar-reaġenti kimiċi użati fit-trattament tal-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem. |
4. |
L-alumina attivata għandha tikkonforma mal-istandard Ewropew għat-testijiet tat-tlissija (EN 12902) (2) biex ikun żgurat li l-ebda fdal mhu introdott fl-ilma li jirriżulta f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu il-limiti stabbiliti bid-Direttiva 2003/40/KE jew fl-assenza ta' limiti f'dik id-Direttiva, il-limiti stabbiliti bid-Direttiva 98/83/KE jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. L-ammont totali tal-joni tal-aluminju fl-ilma ttrattat bħala riżultat wara ir-rilaxx tal-aluminju, il-komponent ewlieni tal-alumina attivata, m'għandux jaqbeż il-200 microg/L, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE. L-ammont għandu jkun iċċekkjat regolarment skont id-Direttiva tal-Kunsill. |
5. |
L-istadji tal-proċess għandhom ikunu suġġetti għal prattiċi tajba ta' manifattura u l-prinċipji tal-HACCP stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3). |
6. |
L-operatur għandu jistabbilixxi programm ta' sorveljanza sabiex ikun żgurat il-funzjonar proprju tal-istadji tal-proċess b'mod partikulari fir-rigward taż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-ilma u l-kontenut tal-fluworidu tiegħu. |
(1) Standards Ewropej żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).
(2) Standard Ewropew EN 12902 (2004) Prodotti użati għat-trattament tal-ilma intiż għall-konsum tal-bniedem. Materjal ta' appoġġ u inorganiku ta' filtraġġ.