Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1548

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1548/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta’ materja prima

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 71–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1548/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/71


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1548/2007

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta’ materja prima

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(da) u (dd) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2006 jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ mhux separat għall-frott u l-ħaxix. Il-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedu l-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u l-pagament tranżitorju għall-frott artab. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-regoli dettaljati jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ l-għoti ta’ dawn l-għajnuniet.

    (2)

    L-Artikolu 143ċ tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti lill-Istati Membri l-ġodda jikkomplementaw il-pagamenti diretti Komunitarji. Għadd ta’ pagamenti diretti ġew totalment jew parzjalment inklużi fl-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri kollha għajr dawk l-Istati Membri l-ġodda li għadhom japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku taż-żona. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, l-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari wriet li l-Istati Membri l-ġodda ltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet meta ġew biex japplikaw ir-regoli previsti mill-Artikolu 143ċ tar-Regolament imsemmi. Għaldaqstant, għal finijiet ta’ aktar ċarezza, jixraq li tingħata aktar preċiżjoni lit-tifsira ta’ ċerti termini użati fl-Artikolu 143ċ(2) u (7) tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Il-punt E tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jistabbilixxi l-possibbiltà li jingħata sostenn lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-Bulgarija u fir-Rumanija bħala parti mill-miżuri temporanji addizzjonali għall-iżvilupp rurali. Jixraq li, fil-każ ta’ kontribut Komunitarju, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2), li stabbilixxa r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità (cross-compliance), modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, japplika għal dawn il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mid-data ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 110u u l-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedu li l-għajnuniet previsti f’dawn l-Artikoli jingħataw bil-kundizzjoni li jiġi konkluż kuntratt ta’ pproċessar. Għal dak il-għan, jixraq li jiġi meħtieġ li kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-materja prima agrikola kkonċernata, bejn, fuq naħa, l-ewwel proċessur approvat u, fuq in-naħa l-oħra, produttur jew organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew, fil-każ ta’ pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u pagament tranżitorju għall-frott artab, kollettur approvat li jirrappreżenta l-produttur.

    (5)

    Bil-għan li jiġi garantit li l-materja prima li tibbenefika mill-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u mill-pagament tranżitorju għall-frott artab hija pproċessata totalment, jidher xieraq li tiġi stabbilita sistema ta’ approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u kolletturi. Operaturi awtorizzati bħal dawn għandhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti minimi u għandhom ikunu sanzjonati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligi tagħhom, skond regoli dettaljati li jiġu stipulati fuq livell nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti.

    (6)

    Bil-għan li jkunu jistgħu jiġġestixxu l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix b’mod xieraq, l-Istati Membri għandhom jiffissaw, kmieni fis-sena, ammont indikattiv ta’ għajnuna għal kull ettaru u, qabel il-perjodu ta’ żmien għall-pagamenti, ammont finali ta’ għajnuna għal kull ettaru.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (8)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1(1), jiżdied il-punt (t) li ġej:

    “(t)

    pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u pagament tranżitorju għall-frott artab previsti mill-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament imsemmi.”;

    (2)

    L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (e), (h), (i), (j), (m), (p) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0.3 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

    Fil-każ ta’ Malta, il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (e), (h), (i), (j), (m), (p) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

    Fil-każ tal-Greċja, il-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix imsemmijin fl-Artikolu 1(t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

    Fil-każ tal-Bulgarija, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja il-pagamenti għall-frott artab imsemmijin fl-Artikolu 1(t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. ”

    (3)

    Fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu (a), (b), (ċ), (h), (j) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni miżrugħa jew imħawla li fuqhom twettqu l-kundizzjonijiet normali kollha fil-qasam tal-koltivazzjoni skond l-istandards lokali. ”;

    (4)

    Fl-Artikolu 3(1), jiżdied il-punt (v) li ġej:

    “(v)

    l-ammont totali ta’ għajnuna mħallas fil-każ ta’ pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u ta’ pagament tranżitorju għall-frott artab previsti mill-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament Nru 1782/2003.”;

    (5)

    Dan l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 139:

    “Artikolu 139a

    Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

    1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 143ċ tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ‘il-pagament dirett korrispondenti li japplika fl-Istati Membri tal-Komunità hekk kif kienet fit-30 ta’ April 2004’[traduzzjoni mhux uffiċjali] imsemmi fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu msemmi għandha tfisser kwalunkwe pagament dirett fl-Anness I tar-Regolament imsemmi mogħti fis-sena ta’ applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tagħhom huma simili għal dawk tal-pagament dirett nazzjonali komplementari kkonċernat.

    2.   F’applikazzjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 143ċ(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tqis l-allokazzjoni finanzjarja speċifika għas-(sub)settur imsemmija fl-Artikolu 143ċ(5) tar-Regolament imsemmi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-pagament dirett korrispondenti li japplika fl-Istati Membri tal-Komunità hekk kif kienet fit-30 ta’ April 2004.”;

    (6)

    L-Artikolu 140(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

    “1.   Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-pagament dirett nazzjonali komplementari kofinanzjat skond l-Artikolu 33h tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew, fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond is-Sezzjoni I, punt E ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. ”

    (7)

    Dan il-Kapitolu 17ċ li ġej jiddaħħal wara l-Kapitolu 17d:

    “KAPITOLU 17d

    PAGAMENTI TRANŻITORJI GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX U PAGAMENT TRANŻITORJU GĦALL-FROTT ARTAB

    Artikolu 171d

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

    (a)

    ‘applikant’ tfisser kwalunkwe bidwi li jikkoltiva ż-żoni msemmijin fl-Artikolu 110t u 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuniet previsti mill-Artikolu msemmi;

    (b)

    ‘għajnuna’ tfisser il-pagament tranżitorju għall-frott u l-ħaxix previst mill-Artikolu 110t tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew il-pagament tranżitorju għall-frott artab previst mill-Artikolu 110v tar-Regolament imsemmi;

    (ċ)

    ‘l-ewwel proċessur’ tfisser kwalunkwe utent ta’ materja prima agrikola msemmija fl-Artikoli 110t u 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jagħmel l-ewwel ipproċessar tagħha bil-ħsieb li jikseb prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (*);

    (d)

    ‘kollettur’ tfisser kwalunkwe persuna li tikkonkludi kuntratt ma’ applikant skond it-tifsira tal-punt (a) li jixtri f’ismu talanqas wieħed mill-prodotti msemmijin rispettivament fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2) jew fl-Artikolu 110v(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

    (e)

    ‘organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta’ tfisser kwalunkwe entità ġuridika jew parti definita biċ-ċar ta’ entità ġuridika li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (**) u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi u minn gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti skond l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi.

    Artikolu 171da

    Kuntratt

    1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 110u(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-kuntratt ta’ l-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 110u(3) u 110v(2) tar-Regolament imsemmi għandu jiġi konkluż bejn, fuq naħa, l-ewwel proċessur approvat, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 171db, u, min-naħa l-oħra, applikant jew organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew kollettur approvat, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 171db, li jirrappreżenta l-applikant.

    Meta l-organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta taġixxi wkoll ta’ l-ewwel proċessur approvat, il-kuntratt jista’ jieħu l-forma ta’ impenn ta’ provvista.

    2.   Il-kuntratt jew l-impenn ta’ provvista għandu jispeċifika talanqas dan li ġej:

    (a)

    l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet firmatarji tal-kuntratt jew l-impenn ta’ forniment;

    (b)

    l-ispeċijiet ikkonċernati u l-medd art imħawla b’kull speċi;

    (ċ)

    fejn xieraq, impenn mill-applikant li lill-ewwel proċessur jikkonsenjalu l-kwantità totali maħsuba jew il-kwantitajiet minimi definiti mill-Istati Membri.

    Fil-każijiet li fihom il-kuntratt jiġi konkluż bejn l-ewwel proċessur approvat u organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta jew kollettur approvat li jirrappreżenta l-applikant, il-kuntratt għandu jispeċifika wkoll l-ismijiet u l-indirizzi, imsemmija fil-punt (a), ta’ l-applikanti kkonċernati, kif ukoll l-ispeċijiet u l-medd art imħawla, imsemmija fil-punt (b), għal kull applikant ikkonċernat.

    Artikolu 171db

    Approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u tal-kolletturi

    1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u tal-kolletturi li jinsabu fuq fit-territorju tagħhom. B’mod partikolari, għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni billi talanqas jiggarantixxu li:

    (a)

    l-ewwel proċessuri u l-kolletturi approvati jippossjedu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 171da;

    (b)

    l-ewwel proċessuri approvati jippossjedu l-kapaċitajiet produttivi xierqa.

    2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura ta’ kontrolli ta’ l-approvazzjoni.

    L-approvazzjonijiet mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 u r-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jibqgħu validi għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

    3.   Jekk jirriżulta li l-ewwel proċessur jew il-kollettur approvat jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati abbażi tiegħu, jew meta l-ewwel proċessur jew il-kollettur approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-verifiki li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri għandhom jimponu penali. Ir-rata tal-penali għandha tkun ikkalkolata fid-dawl tal-gravità tal-ksur.

    4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ l-ewwel proċessuri u kolletturi approvati disponibbli għall-pubbliku talanqas xahrejn qabel id-data ffissata skond l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 13(13a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

    Artikolu 171dc

    Livell ta’ għajnuna għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix

    1.   F’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 110u(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u qabel il-15 ta’ Marzu tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jiffissaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-ammont indikattiv ta’ għajnuna għal kull ettaru.

    2.   F’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 110u(1) u 110u(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont finali ta’ għajnuna għal kull ettaru abbażi taż-żona determinata.

    (*)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29."

    (**)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.”"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, l-Artikolu 1(6) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

    (2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 972/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 993/2007 (ĠU L 222, 28.8.2007, p. 10).


    Top