Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1538

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1538/2007 ta ’l- 20 ta’ Diċembru 2007 ir-Regolament (KE) Nru 327/1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2011; Imħassar b' 32011R1273

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1538/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/49


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1538/2007

    ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007

    ir-Regolament (KE) Nru 327/1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL mfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 (3) jillimita l-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa min ċerti pajjiżi terzi għal finijiet tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għas-sena tal-kwota kurrenti.

    (2)

    Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni amministrattiva li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet Komunitarji, filwaqt li l-validità ta’ dawn il-liċenzji u l-kontroll tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Għaldaqstant iż-żamma tagħha bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji la tidher li hija ġustifikata u lanqas neċessarja. Jeħtieġ għalhekk li titneħħa.

    (3)

    Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 327/98 jigi emendat skond dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, għandu jitħassar it-tielet inċiż.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006. (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

    (3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


    Top