This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1531
Council Regulation (EC) No 1531/2007 of 10 December 2007 on trade in certain steel products between the European Community and the Republic of Kazakhstan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2007 ta’ l- 10 Diċembru 2007 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2007 ta’ l- 10 Diċembru 2007 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan
ĠU L 337, 21.12.2007, p. 2–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1531/2007
ta’ l-10 Diċembru 2007
dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika tal-Każakistan (1), jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun suġġett għal ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi. |
(2) |
Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar (2) konkluż fid-19 ta’ Lulju 2005 skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Fl-2007, miżuri awtonomi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1870/2006 (3) rregolaw il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakistan. |
(3) |
Iż-żewġ Partijiet għandhom il-ħsieb li jikkonkludu Ftehim ġdid għall-2008 u għas-snin sussegwenti. |
(4) |
Sa meta jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għas-sena 2008. |
(5) |
Ladarba l-kondizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għall-2007 baqgħu fil-biċċa l-kbira fis-seħħ, huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għall-2008 fuq l-istess livell bħal dak ta’ l-2007. |
(6) |
Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi sabiex dan ir-reġim jiġi amministrat fil-Komunità b’tali mod li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti dispożizzjonijiet simili kemm jista’ jkun possibbli. |
(7) |
Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tiġi vverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi adatti ta’ koperazzjoni amministrattiva. |
(8) |
Il-prodotti li jitpoġġew f’żona libera jew li jkunu importati taħt arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) m’għandhomx jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni. |
(9) |
L-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta’ kriterju għal liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità sabiex il-prodotti in kwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità. |
(10) |
Sabiex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ amministrazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jibqgħu disponibbli ammonti adegwati fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan.
2. Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.
3. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4).
4. L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.
Artikolu 2
1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini, kif stipulat fl-Anness II u ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.
2. Sabiex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f’kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott rilevanti tal-prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għal dawn l-importatur jew l-importaturi jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet imsemmija.
3. L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V. Il-ġarr tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta’ ġarr ta’ l-esportazzjoni.
Artikolu 3
1. Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-prodotti li jkunu tpoġġew f’żona libera jew f’maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).
2. Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 sussegwentement jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 2(2) u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 4
1. Għall-għan sabiex ikun applikat l-Artikolu 2(2), qabel jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness IV għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tavża jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta’ kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tirċievi l-avviżi ta’ l-Istati Membri (“fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).
2. It-talbiet inklużi fl-avviżi lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż esportatur, il-kodiċi tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu importati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera.
3. Kemm jista’ jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma ma’ l-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b’mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa’ tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.
5. In-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin-netwerk integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ta’ bilfors ma jkunx meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.
6. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.
7. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar kull tħassir ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà, f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu tneħħew jew ġew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakitsan dwar it-tneħħija jew it-tħassir ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stipulat fl-Anness V.
Artikolu 5
1. Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti elenkati fl-Anness I li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan ikunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew importati mod ieħor fil-Komunità bi ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.
2. Kif appena joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lir-Repubblika tal-Każakistan sabiex tieħu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.
3. Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Każakistan ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta’ ksur, din għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan.
Artikolu 6
1. Liċenzja ta’ l-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan) għandha tkun meħtieġa għal kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-azzar li tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta’ dawn il-limiti.
2. L-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur sabiex tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.
Artikolu 7
1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ oġġetti in kwistjoni kienet attribwita għal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.
2. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.
Artikolu 8
L-esportazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi rilevanti stipulati fl-Anness V u jinġarru fis-sens ta’ l-Artikolu 2(3).
Artikolu 9
1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Il-liċenzja ta’ esportazzjoni u l-kopji tagħhom kif ukoll iċ-ċertifikati ta’ l-oriġini u l-kopji tagħhom għandhom jimtlew bl-Ingliż.
2. Jekk id-dokumenti msemmija fuq jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b’ittri kbar.
3. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta’ 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen inqas minn 25 g/m2. Fl-isfond ta’ kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta’ guilloche. Dan għandu jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.
4. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament l-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validi għall-importazzjoni.
5. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandhom ikollhom fuqhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-ewwel.
6. In-numru ta’ serje għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:
— |
żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż li qed jesporta, kif ġej:
|
— |
żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:
|
— |
numru b’figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż “4” għas-sena 2004; |
— |
numru b’żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li jkun qed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta; |
— |
numru b’ħames figuri bejn 00 001 sa 99 999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni. |
Artikolu 10
Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tista’ tinħareġ wara l-ġarr tal-prodotti li magħhom din ikollha x’taqsam. F’dawn il-każijiet hi għandu jkollha l-konferma “maħruġa retrospettivament”.
Artikolu 11
F’każ li tinsteraq, tintilef jew tinqered il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument sabiex jakkwista duplikat tiegħu li għandu jsir fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu.
Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b’dan il-mod għandu jkollha fuqha l-konferma “duplikata”. Hija għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.
Artikolu 12
1. Safejn il-Kummissjoni, konformement ma’ l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-importazzjoni f’mhux aktar minn ħamest jiem ta’ xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.
2. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni mmotivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba’ xhur.
3. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jitfasslu fug il-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.
4. Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur sabiex jikseb il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jikkontjenu:
(a) |
l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-esportatur; |
(b) |
l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur; |
(c) |
id-deskrizzjoni eżatta ta’ l-oġġetti u l-kodiċi(jiet) TARIC; |
(d) |
il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-oġġetti; |
(e) |
il-pajjiż tal-kunsinna; |
(f) |
il-grupp korrett tal-prodott u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni; |
(g) |
il-piż nett skond l-intestatura TARIC; |
(h) |
il-valur c.i.f. tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skond l-intestatura TARIC; |
(i) |
jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta’ sekonda kwalità jew ta’ kwalità inferjuri; |
(j) |
fejn ikun il-każ, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri; |
(k) |
id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni; |
(l) |
kull kodiċi intern użat għal għanijiet amminstrattivi; |
(m) |
id-data u l-firma ta’ l-importatur. |
5. L-importaturi mhumiex obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.
Artikolu 13
Il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tiddipendi mill-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan, li fuq il-bażi ta’ dawn ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni.
Artikolu 14
Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.
Artikolu 15
1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Każakistan għal grupp partikolari tal-prodott ikunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih sabiex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan li ma jkunux koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6 sa 11.
Artikolu 16
1. Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni muri fl-Anness III.
2. Il-formoli tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-estratti tagħhom għandhom ikunu f’kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità emittenti” li jkollha fuqha n-numru 2, li din għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.
3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun libera minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollha fl-isfond tagħha xbieha ta’ guilloche ta’ lewn aħmar li tirrendi kull falsifikazzjoni li tista’ ssir b’mezzi mekkaniċi jew kimikali viżibbli għall-għajn.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati minn stampaturi li jintgħażlu mill-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti. Fil-każ ta’ l-aħħar, ir-referenza għall-għażla mill-Istat Membru għandha tkun tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha jkun jista’ jingħaraf l-istampatur.
5. Meta jinħarġu, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta’ ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun avżat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fin-netwerk integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.
6. Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru emittenti.
7. Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp korrett tal-prodott ta’ l-azzar.
8. Il-marki ta’ l-aġenziji emittenti u ta’ l-awtoritajiet addebitanti għandhom ikunu applikati bl-użu ta’ timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma’ ittri jew figuri miksuba b’perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista’ jintuża minflok it-timbru ta’ l-awtorità emittenti. L-awtoritajiet emittenti għandhom jużaw kwalunkwe metodu kontra l-falsifikazzjoni sabiex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b’tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.
9. Il-parti ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta’ estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet addebitanti għandhom jittimbraw b’tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, marka oħra ta’ timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f’kull paġna u fil-paġna ta’ qabel.
10. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.
11. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu sabiex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.
(2) ĠU L 232, 8.9.2005, p. 64.
(3) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).
ANNESS I
SA Prodotti ċatti rrumblati
SA1. Kolji
|
7208100000 |
|
7208250000 |
|
7208260000 |
|
7208270000 |
|
7208360000 |
|
7208370010 |
|
7208370090 |
|
7208380010 |
|
7208380090 |
|
7208390010 |
|
7208390090 |
|
7211140010 |
|
7211190010 |
|
7219110000 |
|
7219121000 |
|
7219129000 |
|
7219131000 |
|
7219139000 |
|
7219141000 |
|
7219149000 |
|
7225301000 |
|
7225303010 |
|
7225309000 |
|
7225401510 |
|
7225502010 |
SA2. Pjanċa Tqila
|
7208400010 |
|
7208512000 |
|
7208519100 |
|
7208519800 |
|
7208529100 |
|
7208521000 |
|
7208529900 |
|
7208531000 |
|
7211130000 |
SA3. Prodotti ċatti oħrajn
|
7208400090 |
|
7208539000 |
|
7208540000 |
|
7208908010 |
|
7209150000 |
|
7209161000 |
|
7209169000 |
|
7209171000 |
|
7209179000 |
|
7209181000 |
|
7209189100 |
|
7209189900 |
|
7209250000 |
|
7209261000 |
|
7209269000 |
|
7209271000 |
|
7209279000 |
|
7209281000 |
|
7209289000 |
|
7209908010 |
|
7210110010 |
|
7210122010 |
|
7210128010 |
|
7210200010 |
|
7210300010 |
|
7210410010 |
|
7210490010 |
|
7210500010 |
|
7210610010 |
|
7210690010 |
|
7210701010 |
|
7210708010 |
|
7210903010 |
|
7210904010 |
|
7210908091 |
|
7211140090 |
|
7211190090 |
|
7211232010 |
|
7211233010 |
|
7211233091 |
|
7211238010 |
|
7211238091 |
|
7211290010 |
|
7211908010 |
|
7212101000 |
|
7212109011 |
|
7212200011 |
|
7212300011 |
|
7212402010 |
|
7212402091 |
|
7212408011 |
|
7212502011 |
|
7212503011 |
|
7212504011 |
|
7212506111 |
|
7212506911 |
|
7212509013 |
|
7212600011 |
|
7212600091 |
|
7219211000 |
|
7219219000 |
|
7219221000 |
|
7219229000 |
|
7219230000 |
|
7219240000 |
|
7219310000 |
|
7219321000 |
|
7219329000 |
|
7219331000 |
|
7219339000 |
|
7219341000 |
|
7219349000 |
|
7219351000 |
|
7219359000 |
|
7225401290 |
|
7225409000 |
ANNESS IV
СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ
LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES
SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ
LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER
LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN
PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI
ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ
LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES
LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES
ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI
VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS
ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS
AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA
LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI
LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE AUTORITEITEN
WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH
LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES
LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE
ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV
SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV
LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA
FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
БЪЛГАРИЯ
|
|
ČESKÁ REPUBLIKA
|
|
DANMARK
|
|
DEUTSCHLAND
|
|
EESTI
|
|
IRELAND
|
|
ΕΛΛΑΔΑ
|
|
ESPAÑA
|
|
FRANCE
|
|
ITALIA
|
|
KYPROS
|
|
LATVIJA
|
|
LIETUVA
|
|
LUXEMBOURG
|
|
MAGYARORSZÁG
|
|
MALTA
|
|
NEDERLAND
|
|
ÖSTERREICH
|
|
POLSKA
|
|
PORTUGAL
|
|
ROMÂNIA
|
|
SLOVENIJA
|
|
SLOVENSKO
|
|
SUOMI/FINLAND
|
|
SVERIGE
|
|
UNITED KINGDOM
|
ANNESS V
LIMITI KWANTITATTIVI
(tunnellati metriċi) |
|
Prodotti |
Sena 2008 |
SA. Prodotti ċatti |
|
SA1. Kolji |
87 125 |
SA2. Pjanċa tqila |
0 |
SA3. Prodotti ċatti oħrajn |
117 875 |