This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0964
Commission Regulation (EC) No 964/2007 of 14 August 2007 laying down detailed rules for the opening and administration of the tariff quotas for rice originating in the least developed countries for the marketing years 2007/2008 and 2008/2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 ta’ l- 14 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 ta’ l- 14 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009
ĠU L 213, 15.8.2007, pp. 26–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 32002R1401 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32007R0964R(01) | (CS, EN) | |||
| Modified by | 32008R0732 | Emenda | artikolu 1.1 | ||
| Repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
|
15.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 213/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 964/2007
ta’ l-14 ta’ Awwissu 2007
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1401/2002 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għar-ross, li joriġina fil-pajjiżi l-inqas żviluppati, għas-snin tas-suq 2002/2003 sa 2008/2009. Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, ċerti Regolamenti orizzontali u settorjali, partikolarment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (5), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (6), ġew adottati u emendati u għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ din il-kwota. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b’mod partikolari regoli dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, l-istatus ta’ l-applikant u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet supplimentari jew derogi stabbiliti bir-regolamenti settorjali. Jeħtieġ għalhekk, għall-finijiet ta’ ċarezza, li jiġi adattat il-mod ta’ kif jiġu amministrati l-kwoti tariffarji Komunitarji dwar l-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, billi jiġi adottat regolament ġdid u jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1401/2002. |
|
(3) |
L-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005 jistipula li, sakemm id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jiġu sospiżi totalment fl-1 ta’ Settembru 2009, għandha tinfetaħ kwota tariffarja globali mingħajr dazju, għal kull sena tas-suq, għall-prodotti tal-kodiċi tan-NM 1006 , li joriġinaw minn pajjiż li, skond l-Anness I ta’ dak ir-Regolament, jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali għal pajjiżi l-anqas żviluppati. Din il-kwota tariffarja hija kkalkolata abbażi ta’ kwantità ta’ 2 895 tunnellata għas-sena tas-suq 2002/2003, espressa f’ekwivalenti għal ross bla qoxra, għall-prodotti tal-kodiċi NM 1006 , b’żieda ta’ 15 % għal kull sena tas-suq ulterjuri. Jeħtieġ li l-kwantitajiet għas-snin li ġejjin jiġu kkalkolati fuq din il-bażi. |
|
(4) |
Biex it-tariffi jkunu amministrati tajjeb, jeħtieġ li l-operaturi jkunu awtorizzati jippeżentaw l-applikazzjonijiet matul l-ewwel sebat ijiem tas-sena tas-suq li jibdew jiddekorru mill-1 ta’ Settembru, u f’każ ta’ kwantitajiet residwi għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet ġodda matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Frar. Għall-istess raġuni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-determinazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet, il-ħruġ u l-validità tagħhom, il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni lill-Kummissjoni, kif ukoll il-miżuri amministrattivi meħtieġa biex ikun garantit li l-volum stipulat tal-kwota tariffarja, ma jinqabiżx. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Bl-istess mod u għall-finijiet ta’ kontroll ta’ din il-kwota, jeħtieġ li jiġi stipulat l-ammont tal-garanzija biex ikopri r-riskji involuti. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prova ta’ l-oriġini misjuba fl-Artikolu 67 sa 97 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (7), jiddefenixxu l-kunċett tal-prodotti li joriġinaw, applikabbli għall-preferenzi tariffarji ġeneralizzati. L-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi stabbilita. |
|
(6) |
Jeħtieġ li dawn il-miżuri jiġu applikati mill-bidu tas-sena tas-suq segwenti, preċiżament mill-1 ta’ Settembru 2007. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni annwali mingħajr dazju rregolati bl-Artikoli 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, jinfetħu fl-ewwel jum ta’ kull sena tas-suq, għall-prodotti kkonċernati tal-kodiċi NM 1006 , espressi f’ekwivalenti għal ross bla qoxra, bil-kundizzjonijiet segwenti:
|
(a) |
numru tas-serje 09.4177 u kwantità ta’ 5 821 tunnellata, għas-sena tas-suq 2007/2008 |
|
(b) |
numru tas-serje 09.4178 u kwantità ta’ 6 694 tunnellata, għas-sena tas-suq 2008/2009 |
Il-kwoti stipulati bl-ewwel subparagrafu japplikaw biss għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi li, skond l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati.
2. Ir-rata ta’ konverżjoni bejn ir-ross mingħajr qoxra u r-ross bil-ħliefa, ir-ross mitħun jew nofsu mitħun, hija dik imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 467/67 (8), ħlief għar-ross imfarrak, f’liema każ il-kwantitajiet mitluba jitqiesu abbażi tal-piż effettiv tagħhom.
3. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1342/2003 u (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort’oħra.
Artikolu 2
1. L-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kelma “iva” mmarkata b’salib; |
|
(b) |
f’kaxxa 20, in-numru tas-serje tal-kwota u “ir-Regolament (KE) 964/2007”. |
2. Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika l-kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.
3. B’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-ammont ta’ garanzija marbut mal-liċenzji għall-importazzjoni huwa stipulat għal EUR 46 għal kull tunnellata.
4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji mressqa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, matul l-ewwel sebat ijiem tas-sena tas-suq kkonċernata u fejn meħtieġ, f’każ ta’ perjodu kumplimentari skond il-paragrafu 7, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Frar ta’ l-istess sena tas-suq.
5. Il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stipulat bl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandu jiġi stipulat mill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar jum tal-perjodu tan-notifika, stipulat bl-Artikolu 4(a) ta’ dan ir-Regolament.
Jekk wara l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu, il-kwantità li għaliha għandha tinħareġ il-liċenzja hija anqas minn 20 tunnellata, fejn it-talba kienet superjuri għal din il-kwantità, l-applikazzjoni għal liċenzja tista’ tiġi rtirata mill-operatur fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistipula l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni.
6. Il-liċenzja għall-importazzjoni għandha tinħareġ fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet.
7. Jekk il-liċenzji għall-importazzjoni maħruġa skond il-paragrafu 6 għat-talbiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tas-sena tas-suq, ma jkoprux il-kwota kollha kkonċernata, il-kwantitajiet żejda jkunu jistgħu jiġu allokati matul il-perjodu kumplimentari li jibda fi Frar tas-sena tas-suq kurrenti. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi favur il-ftuħ ta’ l-imsemmi perjodu kumplimentari, għandha tistipula u tippubblika l-kwantitajiet disponibbli qabel l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ kwota kurrenti.
8. Bħala deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-liċenzja għall-importazzjoni hija valida mid-data tal-ħruġ effettiv tagħha fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, sa l-aħħar tas-sitt xahar segwenti.
Artikolu 3
1. Iċ-ċirkolazzjoni libera fil-kuntest tal-kwoti, stabbilita bl-1 Artikolu ta’ dan ir-Regolament hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini formula A, maħruġ skond l-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
2. Il-kaxxa 4 taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini formula A tindika:
|
(a) |
referenza għal “Regolament (KE) Nru 964/2007”; |
|
(b) |
id-data tat-tagħbija tar-ross fil-pajjiż benefiċjarju ta’ l-esportazzjoni u s-sena tas-suq stabbilita bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, li fir-rigward tagħha tkun qiegħda ssir il-konsenja; |
|
(ċ) |
il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. |
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:
|
(a) |
sa mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sas-18.00, ħin ta’ Brussell, l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’turija tal-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri u tal-pajjiż ta’ l-oriġini għall-kwantitajiet totali (skond il-piż tal-prodott) li jkunu jikkonċernaw dawn l-applikazzjonijiet. |
|
(b) |
sa mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sas-18.00, ħin ta’ Brussell, l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’turija tal-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri u tal-pajjiż ta’ l-oriġini għall-kwantitajiet totali (skond il-piż tal-prodott) li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet għall-liċenzji, skond l-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu. |
|
(ċ) |
sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet totali (skond il-piż tal-prodott) li effettivament tpoġġew f’ċirkolazzjoni libera b’applikazzjoni ta’ din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, b’turija tal-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f’dan is-sens, bil-kelma “xejn”. Madankollu, din in-notifika ma tibqax meħtieġa fit-tielet xahar wara d-data ta’ l-iskadenza tal-liċenzji. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1401/2002 għandu jitħassar.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 606/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 4).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006, (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(3) ĠU L 203, 1.8.2002, p. 42.
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(5) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
(6) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(8) ĠU 204, 24.8.1967, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2325/88 (ĠU L 202, 27.7.1988, p. 41).