This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0533
Commission Regulation (EC) No 533/2007 of 14 May 2007 opening and providing for the administration of tariff quotas in the poultrymeat sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta' l- 14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta' l- 14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
ĠU L 125, 15/05/2007, p. 9–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760
15.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 125/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 533/2007
ta' l-14 ta’ Mejju 2007
li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO), il-Komunità impenjat ruħha li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn il-kwoti. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (3) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm inkonsistenzi ma' dan ir-Regolament. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur u ta' l-albumina (abjad tal-bajd) (4) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi, u jinħtieġu emendi ġodda. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jiġi rrevokat u sostitwit b'Regolament ġdid. |
(4) |
Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. |
(5) |
Huwa f'loku li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tkun żgurata permezz ta' liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti r-regoli dettaljati għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji li għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess. |
(6) |
Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja. |
(7) |
Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma. |
(8) |
Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tariffarji fl-Anness I huma miftuħin għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.
Il-kwoti tariffarji huma miftuħin fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.
2. Il-kwantità ta' prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm inkonsistenzi ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Għal kull numru tas-sejre, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:
a) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru, |
b) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, |
c) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, |
d) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju. |
Artikolu 4
1. Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jressaq, flimkien ma' l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata ta' prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.
2. L-applikazzjoni għal liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tista' ssir għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.
L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.
3. L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:
a) |
fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini; |
b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A. |
Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġu qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.
2. Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.
3. B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt numru ta' serje wieħed, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet separati għal kull pajjiż ta' l-oriġini għandhom jitressqu fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.
5. Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 4.
6. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.
Artikolu 6
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza ta' l-ewwel xahar ta' kull subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, espressi f'kilogrammi.
3. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għaċ-ċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa rrevokat.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(4) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 136. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1179/2006 (ĠU L 212, 2.8.2006, p. 7).
ANNESS I
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-Kodiċi NM |
Dazju applikabbli |
Kwantitajiet annwali (f’tunnellati) |
P 1 |
09.4067 |
0207 11 10 |
131 |
6 249 |
0207 11 30 |
149 |
|||
0207 11 90 |
162 |
|||
0207 12 10 |
149 |
|||
0207 12 90 |
162 |
|||
P 2 |
09.4068 |
0207 13 10 |
512 |
8 070 |
0207 13 20 |
179 |
|||
0207 13 30 |
134 |
|||
0207 13 40 |
93 |
|||
0207 13 50 |
301 |
|||
0207 13 60 |
231 |
|||
0207 13 70 |
504 |
|||
0207 14 20 |
179 |
|||
0207 14 30 |
134 |
|||
0207 14 40 |
93 |
|||
0207 14 60 |
231 |
|||
P 3 |
09.4069 |
0207 14 10 |
795 |
2 305 |
P 4 |
09.4070 |
0207 24 10 |
170 |
1 201 |
0207 24 90 |
186 |
|||
0207 25 10 |
170 |
|||
0207 25 90 |
186 |
|||
0207 26 10 |
425 |
|||
0207 26 20 |
205 |
|||
0207 26 30 |
134 |
|||
0207 26 40 |
93 |
|||
0207 26 50 |
339 |
|||
0207 26 60 |
127 |
|||
0207 26 70 |
230 |
|||
0207 26 80 |
415 |
|||
0207 27 30 |
134 |
|||
0207 27 40 |
93 |
|||
0207 27 50 |
339 |
|||
0207 27 60 |
127 |
|||
0207 27 70 |
230 |
ANNESS II
A – Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b):
bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕО) № 533/2007. |
bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (CE) no 533/2007. |
biċ-Ċek |
: |
Nařízení (ES) č. 533/2007. |
bid-Daniż |
: |
Forordning (EF) nr. 533/2007. |
bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EG) Nr. 533/2007. |
bl-Estonjan |
: |
Määrus (EÜ) nr 533/2007. |
bil-Grieg |
: |
Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 533/2007. |
bl-Ingliż |
: |
Regulation (EC) No 533/2007. |
bil-Franċiż |
: |
Règlement (CE) no 533/2007. |
bit-Taljan |
: |
Regolamento (CE) n. 533/2007. |
bil-Latvjan |
: |
Regula (EK) Nr. 533/2007. |
bil-Litwan |
: |
Reglamentas (EB) Nr. 533/2007. |
bl-Ungeriż |
: |
533/2007/EK rendelet. |
bil-Malti |
: |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007. |
bl-Olandiż |
: |
Verordening (EG) nr. 533/2007. |
bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (WE) nr 533/2007. |
bil-Portugiż |
: |
Regulamento (CE) n.o 533/2007. |
bir-Rumen |
: |
Regulamentul (CE) nr. 533/2007. |
bis-Slovakk |
: |
Nariadenie (ES) č. 533/2007. |
bis-Sloven |
: |
Uredba (ES) št. 533/2007. |
bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EY) N:o 533/2007. |
bl-Iżvediż |
: |
Förordning (EG) nr 533/2007. |
B – Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu:
bil-Bulgaru |
: |
намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 533/2007. |
bl-Ispanjol |
: |
reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 533/2007. |
biċ-Ċek |
: |
snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 533/2007. |
bid-Daniż |
: |
toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 533/2007. |
bil-Ġermaniż |
: |
Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 533/2007. |
bl-Estonjan |
: |
ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 533/2007. |
bil-Grieg |
: |
Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 533/2007. |
bl-Ingliż |
: |
reduction of the Common Customs Tariff pursuant to Regulation (EC) No 533/2007. |
bil-Franċiż |
: |
réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 533/2007. |
bit-Taljan |
: |
riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 533/2007. |
bil-Latvjan |
: |
Regulā (EK) Nr. 533/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums. |
bil-Litwan |
: |
bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 533/2007. |
bl-Ungeriż |
: |
a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 533/2007/EK rendelet szerint. |
bil-Malti |
: |
tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 533/2007. |
bl-Olandiż |
: |
Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 533/2007. |
bil-Pollakk |
: |
Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 533/2007. |
bil-Portugiż |
: |
redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 533/2007. |
bir-Rumen |
: |
reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 533/2007. |
bis-Slovakk |
: |
Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 533/2007. |
bis-Sloven |
: |
znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 533/2007. |
bil-Finlandiż |
: |
Asetuksessa (EY) N:o 533/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus. |
bl-Iżvediż |
: |
nedsättning av dEn gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 533/2007. |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1251/96 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 5(6) |
— |
Artikolu 5(7) |
— |
Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |