EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0555

Kawża T-555/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/63


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-555/15)

(2015/C 398/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4808 tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar il-modifika fl-2014 tat-taxxa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni teżiġi s-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-rati progressivi tat-taxxa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari fl-Ungerija;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq abbuż tas-setgħa diskrezzjonali, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, meta ordnat is-sospensjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, u li b’hekk, marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u kisret fl-istess waqt il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Ir-rikorrenti ssostni fit-tieni lok li l-prassi tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ sospensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala inkoerenti u li minnha jirriżulta nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari fit-tielet lok il-pożizzjoni tagħha li l-Kummissjoni, billi ordnat is-sospensjoni, ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u tad-dritt għal rimedju effettiv

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-ordni ta’ sospensjoni tal-Kummissjoni tikser il-garanziji legali fundamentali bħall-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u d-dritt għal rimedju effettiv.


Top