EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012JN05/06

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - ANNESS V Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji - 6. SAJD

OJ L 112, 24.4.2012, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 300, 9.11.2013, p. 75–75 (HR)

Legal status of the document In force

24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/6


ANNESS V

Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji

6.   SAJD

32006 R 1967: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11. Verżjoni kkoreġuta f'ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(a)

B'deroga mill-Artikolu 13(1) u (2), f'fond ta' inqas minn 50 metru, il-bastimenti li jkunu reġistrati u qed joperaw biss fir-reġjun tal-Istria tal-Punent għandhom jitħallew jużaw sat-30 ta' Ġunju 2014, it-tkarkir tal-qiegħ b'mod temporanju fid-distanza minima ta' 1,5 mil nawtiku mill-kosta.

Din id-deroga għandha tapplika fiż-żona magħżula bħala l-Istria tal-Punent, definita mill-punt bil-koordinati ġeografiċi ta' φ=44.52135 u λ=14.29244 b'linja lejn it-Tramuntana u linja lejn il-Punent.

Għal bastimenti li t-tul totali tagħhom ikun inqas minn 15-il metru, f'fond ta' aktar minn 50 metru l-Kroazja għandha temporanjament titħalla, sat-30 ta' Ġunju 2014, tuża t-tkarkir tal-qiegħ fid-distanza minima ta' mil nawtiku mill-kosta, filwaqt li żżomm ir-restrizzjonijiet spazjali u temporali l-oħra kollha applikati fid-data tal-adeżjoni.

(b)

B'deroga mill-Artikolu 17 (1), numru limitat ta' bastimenti inklużi fil-kategorija speċifika ta' sajd mhux kummerċjali “sajd artiġjanali fuq skala żgħira għal ħtiġijiet personali”, li m'għandux jaqbeż l-2 000 bastiment, għandu jitħalla juża massimu ta' 200 metru ta' xbieki tal-garġi sal-31 ta' Diċembru 2014, dment li r-restrizzjonijiet l-oħra kollha li jkun hemm fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni jibqgħu japplikaw. Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni, il-lista ta' bastimenti koperti minn dan il-perijodu transitorju, inkluż il-karatteristiċi u l-kapaċità tagħhom, espressi f'termini ta' tunnellaġġ gross u kilowatts.


Top