EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012J044

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Artikolu 44

ĠU L 112, 24.4.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 300, 9.11.2013, p. 34–34 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2012/act_1/art_44/sign

24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/6


ATT

dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

IR-RABA’ PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 44

Il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti kollha biex tiżgura li l-persunal statutorju meħtieġ jinżamm fil-Kroazja għal mhux aktar minn 18-il xahar wara l-adeżjoni. Matul dan il-perijodu, l-uffiċjali, il-persunal temporanju u l-persunal kuntrattwali assenjati għal karigi fil-Kroazja qabel l-adeżjoni u li huma meħtieġa jibqgħu fis-servizz fil-Kroazja wara d-data tal-adeżjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess kondizzjonijiet finanzjarji u materjali bħal dawk li kienu applikati qabel l-adeżjoni f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 (1). L-infiq amministrattiv, inklużi s-salarji għal persunal ieħor meħtieġ, għandu jkun kopert bil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


Top