EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/216/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6313 – Ashland/International Specialty Products) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6313 – Ashland/International Specialty Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 216/12

1.

Fl-14 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ashland Inc (“Ashland”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża International Specialty Products Inc (“ISP”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Ashland: il-manifattura u l-fornitura ta' polimeri komposti, kolol, trattamenti tal-ilma tal-ipproċessar jew tas-servizzi, eteri ta' ċellulosa, lubrikanti u kimiki tal-karrozzi; kif ukoll,

għal ISP: il-manifattura u l-fornitura ta’ kimiċi speċjali għas-swieq tal-konsumaturi u għas-swieq industrijali, inkluż il-kura personali, il-farmaċewtiċi u n-nutriment, ix-xarbiet, il-kura tad-djar, materjal għall-kisi u kolol, enerġija, biedja, prodotti tal-plastik u tajers.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6313 – Ashland/International Specialty Products, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top