EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0504

Kawża C-504/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

(Kawża C-504/22)

(2022/C 424/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel)

Konvenut: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux biss fil-qasam tar-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, iżda wkoll fl-oqsma kollha, imsemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (n), li fir-rigward tagħhom jipprevedi li tista’ tintalab l-estensjoni ta’ ftehim interprofessjonali?

2)

L-iffissar ta’ dati ta’ ħsad, minn naħa, u ta’ dati ta’ kummerċjalizzazzjoni, min-naħa l-oħra, jaqa’ taħt ir-regoli li jistgħu jiġu ffissati permezz ta’ ftehim interprofessjonali u estiżi abbażi tal-Artikolu 164 tar-Regolament Nru 1308/2013, u, jekk iva, l-iffissar ta’ tali dati ta’ ħsad u ta’ kummerċjalizzazzjoni jaqgħu taħt ir-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jew, kif kien jipprevedi preċedentement l-Anness XVIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (2), taħt “regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni”, li issa huma msemmija fil-punt (d) tal-istess Artikolu 164(4)?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.

(2)  ĠU 2007, L 299, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 97, p. 4.


Top