Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0664

    Kawża C-664/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-5 ta’ Novembru 2021 – NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    ĠU C 64, 7.2.2022, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 64/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-5 ta’ Novembru 2021 – NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-664/21)

    (2022/C 64/23)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Qorti tar-rinviju

    Vrhovno sodišče Republike Slovenije

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG

    Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(1), kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni jew il-ġbir ta’ provi ġodda, li jistabbilixxu li r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT huma ssodisfatti, diġà matul il-proċedura amministrattiva tal-ewwel livell, jiġifieri fl-osservazzjonijiet dwar il-proċess verbali tal-kontroll fiskali li jinħareġ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top