Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0582

    Kawża C-582/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Settembru 2021 – FY vs Profi Credit Polska S.A.

    ĠU C 64, 7.2.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 64/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Settembru 2021 – FY vs Profi Credit Polska S.A.

    (Kawża C-582/21)

    (2022/C 64/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: FY

    Konvenut: Profi Credit Polska S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni dwar interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 267(1) TFUE jservu bħala bażi għal ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura ċivili konkluża permezz ta’ sentenza definittiva preċedenti, fil-każ fejn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 4011 tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), tawtorizza l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura fil-każ ta’ għoti ta’ sentenza definittiva fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni li t-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) qieset li kienet inkompatibbli ma’ att legali superjuri?

    2)

    Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformement mad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni jirrikjedi interpretazzjoni wiesgħa ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-punt 2 tal-Artikolu 401 tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) b’tali mod li tinkludi fil-bażi għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċeduri stabbiliti fl-imsemmi artikolu sentenza definittiva mogħtija fil-kontumaċja, li fiha qorti, bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-176/17 Profi Credit, naqset milli teżamina kuntratt li jorbot lil konsumatur ma’ kreditur fir-rigward ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti fejn illimitat ruħha sempliċement għall-eżami tal-validità formali ta’ ċedola?


    Top