This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0335
Case C-335/21: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 22 September 2022 (request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia No 10 bis de Sevilla — Spain) — Vicente v Delia (Reference for a preliminary ruling — Unfair terms in consumer contracts — Directive 93/13/EEC — Unfair business-to-consumer commercial practices — Principle of effectiveness — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Summary procedure for the recovery of lawyers’ fees — Potentially unfair terms contained in a fee agreement — National law not providing for the possibility of review by a court — Article 4(2) — Scope of the exception — Directive 2005/29/EC — Article 7 — Misleading commercial practice — Contract concluded between lawyer and client prohibiting the client from withdrawing, without the knowledge or against the advice of the lawyer, on pain of a financial penalty)
Kawża C-335/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia n°10 bis de Sevilla – Spanja) – Vicente vs Delia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi – Prinċipju ta’ effettività – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat – Natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inklużi fi ftehim ta’ onorarji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-qorti – Artikolu 4(2) – Portata tal-eċċezzjoni – Direttiva 2005/29/KE – Artikolu 7 – Prattika kummerċjali qarrieqa – Kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li jipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jirrinunzja ruħu, mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tal-avukat, taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja)
Kawża C-335/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia n°10 bis de Sevilla – Spanja) – Vicente vs Delia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi – Prinċipju ta’ effettività – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat – Natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inklużi fi ftehim ta’ onorarji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-qorti – Artikolu 4(2) – Portata tal-eċċezzjoni – Direttiva 2005/29/KE – Artikolu 7 – Prattika kummerċjali qarrieqa – Kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li jipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jirrinunzja ruħu, mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tal-avukat, taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja)
ĠU C 424, 7.11.2022, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no10 bis de Sevilla – Spanja) – Vicente vs Delia
(Kawża C-335/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi - Prinċipju ta’ effettività - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat - Natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inklużi fi ftehim ta’ onorarji - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-qorti - Artikolu 4(2) - Portata tal-eċċezzjoni - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 7 - Prattika kummerċjali qarrieqa - Kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li jipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jirrinunzja ruħu, mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tal-avukat, taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja)
(2022/C 424/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 10 bis de Sevilla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vicente
Konvenut: Delia
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif emendata bid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li: tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali relatata ma’ proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat li permezz tagħha t-talba mressqa kontra l-klijent konsumatur tkun diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja, peress li l-intervent ta’ qorti jkun previst biss fl-istadju tal-kuntratt, u dan mingħajr ma din id-deċiżjoni tkun ġiet ippreżentata kontra din id-deċiżjoni, mingħajr ma l-qorti adita f’din l-istanza ma tkun tista’ tistħarreġ, jekk neċessarju ex officio, jekk il-klawżoli inklużi fil-kuntratt li jkun ta lok għall-onorarji mitluba humiex ta’ natura inġusta u lanqas ma tkun tista’ tilqa’, mill-partijiet, provi oħra għajr il-provi dokumentali li jkunu diġà ġew prodotti quddiem l-awtorità mhux ġudizzjarja. |
2) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, kif emendata bid-Direttiva 2011/83, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li tipprovdi li l-klijent jintrabat li jsegwi l-istruzzjonijiet ta’ dan l-avukat, li ma jaġixxix mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tiegħu u li ma jirtirax huwa stess il-proċedura ġudizzjarja li huwa jkun assenja dan l-avukat, taħt piena ta’ penalità finanzjarja. |
3) |
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li: l-inklużjoni, f’kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu, ta’ klawżola li tipprevedi penali finanzjarja imposta fuq dan tal-aħħar jekk huwa stess jirtira mill-proċedura ġudizzjarja li huwa jkun assenja lill-imsemmi avukat, peress li din il-klawżola tagħmel riferiment għall-iskala ta’ ordni professjonali u la tkun issemmiet fl-offerta kummerċjali u lanqas fil-kuntest tal-informazzjoni minn qabel għall-konklużjoni tal-kuntratt, tista’ titqies bħala prattika kummerċjali “qarrieqa” fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, sa fejn twassal lill-konsumatur medju jieħu deċiżjoni kummerċjali li altrimenti ma kienx jieħu, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. |