Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0120

    Kawża C-120/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – LB vs TO (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7 – Dritt għal-leave annwali mħallas – Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol – Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin – Bidu tad-dekorrenza – Informazzjoni adegwata tal-ħaddiem)

    ĠU C 424, 7.11.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – LB vs TO

    (Kawża C-120/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin - Bidu tad-dekorrenza - Informazzjoni adegwata tal-ħaddiem)

    (2022/C 424/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: LB

    Konvenut: TO

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem għal perijodu ta’ referenza huwa preskritt fi tmiem terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri fi tmiem is-sena li matulha tnissel dan id-dritt, meta l-persuna li timpjega effettivament ma qegħditx lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.


    (1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


    Top