Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0518

    Kawżi Magħquda C-518/20 u C-727/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – XP vs Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20) u AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7(1) – Dritt għal-leave annwali mħallas – Invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li seħħ matul perijodu ta’ riferiment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas mal-iskadenza ta’ ċertu perijodu – Obbligu tal-persuna li timpjega li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas)

    ĠU C 424, 7.11.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – XP vs Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20) u AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20)

    (Kawżi Magħquda C-518/20 u C-727/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7(1) - Dritt għal-leave annwali mħallas - Invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li seħħ matul perijodu ta’ riferiment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas mal-iskadenza ta’ ċertu perijodu - Obbligu tal-persuna li timpjega li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas)

    (2022/C 424/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: XP (C-518/20), AR (C-727/20)

    Konvenuti: Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20), St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem miksub għal perijodu ta’ riferiment li matulu dan il-ħaddiem effettivament ħadem qabel ma sab ruħu f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità li jaħdem minħabba mard li jippersisti minn dak il-mument jista’ jiskadi, sew fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali jew ulterjorment, filwaqt li l-persuna li timpjega ma tkunx, fi żmien xieraq, qiegħdet lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.


    (1)  ĠU C 19, 18.1.2021.

    ĠU C 169, 3.5.2021.


    Top