Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0354

    Kawża T-354/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Palacio Domecq vs EUIPO — Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/55


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Palacio Domecq vs EUIPO — Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778)

    (Kawża T-354/19)

    (2019/C 255/68)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Palacio Domecq, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Otero Iglesias, abogada)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Domecq Bodega Las Copas, SL (Jerez de la Frontera, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALACIO DOMECQ 1778 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 499 506

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 867/2018-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors u tirriforma d-dećiżjoni kkontestata fis-sens li jintlaqa’ kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-dećiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO, jiġi miċħud totalment ir-rikors inċidentali ippreżentat mill-opponent u li l-oppożizzjoni tal-intervenjenti tkun konsegwentement miċħuda;

    sussidjarjament, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lill-Bord tal-Appell tal-EUIPO sabiex dan jagħti deċiżjoni ġdida;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell;

    tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti minn Palacio Domecq, SL fil-kuntest tal-proċeduri ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tal-Artikolu 25(5) tar-Regolament Delegat.


    Top