Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0349

Kawża T-349/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Decathlon vs EUIPO — Athlon Custom Sportswear (athlon custom sportswear)

ĠU C 255, 29.7.2019, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Decathlon vs EUIPO — Athlon Custom Sportswear (athlon custom sportswear)

(Kawża T-349/19)

(2019/C 255/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Decathlon (Villeneuve-d’Ascq, Franza) (rappreżentanti: A. Cléry u C. Devernay, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Athlon Custom Sportswear P.C. (Kallithea, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva athlon custom sportswear — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 162 596

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1724/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tagħtiha t-talbiet tagħha

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ Nru B 002879164;

tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark athlon custom sportswear Nru 016162596;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top