Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0341

Kawża T-341/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

ĠU C 255, 29.7.2019, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/49


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

(Kawża T-341/19)

(2019/C 255/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Martínez Albainox, SL (Albacete, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taser International, Inc. (Scottsdale, Arizona, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TASER” fil-kuluri iswed, isfar u aħmar — Trade mark tal-Unjoni Nru 12 817 052

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1577/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li espressament tiddikjara l-validità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 12 817 052“TASER” għall-prodotti kollha rreġistrati taħt il-klassi 8;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Taser International, Inc., għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top