This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0345
Case C-345/19: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 16 April 2019 — EUflight.de GmbH v Eurowings GmbH
Kawża C-345/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 — EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH
Kawża C-345/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 — EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH
ĠU C 255, 29.7.2019, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 — EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH
(Kawża C-345/19)
(2019/C 255/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EUflight.de GmbH
Konvenuta: Eurowings GmbH
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġieri li jkunu ttrasportati, permezz tat-titjira rriżervata, lejn id-destinazzjoni finali tagħhom siegħa qabel il-ħin ta’ tluq inizjalment skedat għandhom dritt għal kumpens fuq il-bażi ta’ applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament? |
2) |
Dan il-kumpens jista’ jitnaqqas skont l-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament, fid-dawl tad-distanza tat-titjira, jekk il-ħin tal-wasla jkollu ħin antiċipat ikbar mid-dewmien tal-wasla msemmi f’din id-dispożizzjoni u jkun ukoll jippreċedi l-ħin tal-wasla inizjalment skedat? |
3) |
Il-possibbiltà li jitnaqqas il-kumpens hija eskluża jekk il-ħin tat-tluq tat-titjira jkun antiċipat meta mqabbel mal-ħin tat-tluq inizjalment skedat b’tul li jikkorrispondi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2) għad-dewmien (jiġifieri ta’ iktar minn sagħtejn, tliet sigħat jew erba’ sigħat)? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).