Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0310

    Kawża C-310/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/17


    Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA

    (Kawża C-310/19 P)

    (2019/C 255/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Boudewijn Schokker (rappreżentanti: T. Martin, S. Orlandi, avocats)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-digriet tat-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA;

    tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali,

    tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors għal raġuni li qajmet ex officio u li kklassifikat b’mod żbaljat bħala “manifesta”. B’hekk il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u d-drittijiet tad-difiża tal-appellant.

    L-appellant isostni, fit-tieni lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx rilevanti li tistħarreġ ir-raġunijiet għall-irtirar tal-offerta ta’ impjieg kontenzjuża għaliex offerta ta’ impjieg tista’ fi kwalunkwe każ tiġi rtirata f’kull ħin u mingħajr ebda kundizzjoni.


    Top