This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0208
Case C-208/19: Request for a preliminary ruling from the Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (Austria) lodged on 4 March 2019 — NK v Ms and AS
Kawża C-208/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fl-4 ta’ Marzu 2019 — NK vs MS u AS
Kawża C-208/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fl-4 ta’ Marzu 2019 — NK vs MS u AS
ĠU C 172, 20.5.2019, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fl-4 ta’ Marzu 2019 — NK vs MS u AS
(Kawża C-208/19)
(2019/C 172/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NK
Konvenuti: MS, AS
Domandi preliminari
1) |
Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit għandu jwettaq (biss) l-ippjanar ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena, b’mod partikolari billi jfassal il-pjanti, huwa kuntratt “għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid” fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)? |
2) |
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit jintrabat li jwettaq, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tal-mandanti tiegħu, l-ippjanar ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, għandu jfassal il-pjanti, huwa kuntratt għall-provvista ta’ “oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar” fis-sens tal-Artikolu 16(c) u tal-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva 2011/83/UE? |