This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0112
Case C-112/19: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Aachen (Germany) lodged on 12 February 2019 — Marvin M. v Kreis Heinsberg
Kawża C-112/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 — Marvin M vs Kreis Heinsberg
Kawża C-112/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 — Marvin M vs Kreis Heinsberg
ĠU C 172, 20.5.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 — Marvin M vs Kreis Heinsberg
(Kawża C-112/19)
(2019/C 172/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Aachen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marvin M.
Konvenut: Kreis Heinsberg
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dokument tal-liċenzja tas-sewqan, inklużi l-awtorizzazzjonijiet ta’ sewqan stabbiliti fih, għandu jiġi strettament irrikonoxxut mill-Istati Membri anki meta l-ħruġ ta’ dan id-dokument ikun jirriżulta mill-iskambju ta’ dokument tal-liċenzja tas-sewqan skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/126/KE? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Stat Membru jista’ jirrifjuta milli jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE meta l-iskambju mill-Istat ta’ ħruġ ikun sar f’mument fejn l-Istat Membru li minnu toriġina l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan kien diġà rtira l-imsemmija awtorizzazzjoni? |
3) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u jekk jeżisti obbligu ta’ rikonoxximent: Stat Membru jista’ jirrifjuta fi kwalunkwe każ ir-rikonoxximent tad-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tqum il-kwistjoni tar-rikonoxximent tal-imsemmi dokument, ikun jista’ jikkonstata, abbażi ta’ “informazzjoni inkontestabbli”, li l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan ma kinitx teżisti iktar fil-mument tal-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan? |
(1) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU 2006, L 403, p. 18).