This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0108
Case C-108/19: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel București (Romania) lodged on 11 February 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. v Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
Kawża C-108/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
Kawża C-108/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
ĠU C 172, 20.5.2019, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
(Kawża C-108/19)
(2019/C 172/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Krakvet sp. z o.o. sp.k.
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
Domanda preliminari
Fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ oġġetti permezz ta’ negozju online, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax fil-każ fejn il-klijent jidħol direttament f’kuntratt għas-servizz ta’ trasport tal-oġġetti mill-Istat Membru tal-fornitur għall-Istat Membru tiegħu konformement mal-għażliet ta’ spedizzjoni offruti mill-fornitur, fid-dawl tal-fatt li t-trasport ma jittwettaqx f’isem il-fornitur?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (GU 2006, L 347, p. 1).