Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0380

    Kawża T-380/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

    ĠU C 294, 20.8.2018, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201808030842050892018/C 294/683802018TC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180625545521

    Kawża T-380/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

    Top

    C2942018MT5410120180625MT0068541552

    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

    (Kawża T-380/18)

    2018/C 294/68Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Intas Pharmaceuticals Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Indas, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INTAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 153 811

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2018 fil-Każ R 815/2017-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    alternattivament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni għandha tiġi rrinvjata quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni biex terġa tikkunsidra l-oppożizzjoni;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

    alternattivament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent flimkien u in solidum għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Top