This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0363
Case T-363/18: Action brought on 05 June 2018 — Nippon Chemi-Con Corporation/Commission
Kawża T-363/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
Kawża T-363/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
ĠU C 294, 20.8.2018, p. 52–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża T-363/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-363/18)
2018/C 294/67Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Nippon Chemi-Con Corporation (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: H. Niemeyer, M. Röhrig, D. Schlichting u I. Stoicescu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kondensers); |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(g) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018; |
— |
sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 billi teżerċita l-kompetenza sħiħa tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament 1/2003; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt tagħha għal smigħ billi ma tagħtiex aċċess għad-dokumenti kollha fil-fajl li għalih hija rreferiet fid-deċiżjoni kkontestata, billi naqset milli tipprovdi l-provi kollha li jiskaġunawha, billi ma ppreżentat l-ebda dikjarazzjoni supplimentari ta’ oġġezzjonijiet sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet tad-dikjarazzjoni oriġinali tal-oġġezzjonijiet minflok ittra ta’ fatti u billi ma tatx aċċess adegwat għall-minuti tal-laqgħat mal-partijiet l-oħra. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tipproduċi provi preċiżi u konsistenti ta’ ksur li jaffettwa ż-ŻEE matul it-tul kollu tal-ksur allegat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipproduċi provi preċiżi u konsistenti ta’ ksur b’impatt fuq iż-ŻEE għat-tul kollu tal-ksur allegat, b’mod partikolari għal-laqgħat tal-ECC (1998-2003) u għal-laqgħat trilaterali u dawk multilaterali u l-impatt tagħhom fuq iż-ŻEE bejn l-2009 u l-2012. |
3. |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq li ma kienx hemm provi biżżejjed ta’ ksur uniku u kontinwu. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament ma wrietx l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu li jkopri t-tipi kollha ta’ laqgħat allegati fir-rigward tal-kondensers elettrolitiċi tal-aluminju u l-kondensers elettrolitiċi tat-tantalu kollha għal perijodu ta’ erbatax-il sena u b’impatt fuq iż-ŻEE, sa fejn ma ddefinixxietx, b’mod suffiċjenti fid-dritt, pjan ġenerali li jsegwi għan antitikompetittiv ekonomiku wieħed, u lanqas ma wriet li kien hemm rabta supplimentari bejn id-diversi laqgħat . |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li ma kien hemm l-ebda ksur minħabba l-għan. Il-Kummissjoni allegatament naqset li turi li l-aġir anti-kompetittiv kienet ksur skont l-għan sa fejn l-allegati skambji dwar prezzijiet futuri u informazzjoni dwar kunsinni matul il-laqgħat u l-kuntatti rilevanti għaż-ŻEE kienu sporadiċi u limitati ħafna fil-portata tagħhom. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni b’mod żbaljat ukoll iddikjarat ukoll li għandha kompetenza fuq l-allegat ksur peress li naqset li tipproduċi provi biżżejjed li jorbtu l-ksur allegat maż-ŻEE. Il-Kummissjoni allegatament injorat il-provi li, essenzjalment, ebda wieħed mill-kuntatti bilaterali u trilaterali ma kellu xi effett fuq il-bejgħ liż-ZEE peress li l-kuntatti ffukaw fuq klijenti mhux Ewropej. Il-Kummissjoni allegatament ma wrietx li l-manifatturi tal-kondensers Ġappuniżi ipparteċipaw fil-laqgħat bil-għan li titnaqqas il-kompetizzjoni fiż-ŻEE. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 ( 1 ), tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-multi ( 2 ) u l-prinċipji fundamentali għall-kalkolu tal-multi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-multi u l-prinċipji fundamentali dwar il-kalkolu tal-multi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità meta qieset valur sproporzjonat tal-bejgħ u meta injorat ir-rabtiet limitati tal-ksur allegat maż-ŻEE. |
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
( 2 ) Linji Gwida dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).