Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0254

    Kawża T-254/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 211, 18.6.2018, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806010121915542018/C 211/352542018TC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL20180423282921

    Kawża T-254/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni

    Top

    C2112018MT2810120180423MT0035281292

    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-254/18)

    2018/C 211/35Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Beijing, iċ-Ċina) u 9 oħra (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU 2018, L 25, p. 6), sa fejn jirrelata maċ-CCME, il-kumpanniji individwali u l-membri kkonċernati, u

    tikkundfanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi ta’ dritt.

    1.

    L-ewwel motiv ta’ dritt ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) kif ukoll l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari meta li użat data ta’ importazzjoni mhux affidabbli, data makroekonimika ta’ dannu mhux affidabbli u data ta’ profittabbiltà mhux affidabbli, u meta ma awtorizzatx li partijiet oħra kkonċernati jikkummentaw dwar l-għażla finali tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta ma qisitx l-assenza ta’ simultanjetà u meta naqset milli tiżgura li d-danni kkawżati minn fatturi oħra ma jiġux attribwiti lill-importazzjonijiet Ċiniżi.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tad-drittjiet ta’ difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 6(7), 19(1) sa (3), 20(2) u 20(4) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta rrifjutat li tagħti kwalunkwe aċċess għall-kalkolu tad-dannu, tal-effetti tal-prezz u għall-kalkoli tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu u għad-determinazzjoni tal-valur normali, u saħansitra rrifjutat li tagħti d-data rikjesta fil-forma ta’ verżjoni aggregata, u meta ma żvelatx diversi elementi rilevanti ta’ informazzjoni, minkejja talbiet ripetuti għal dan il-għan.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tan-numri ta’ kontroll tal-prodott fil-paragun tal-prezzijiet, meta ma tatx l-informazzjoni neċessarja dwar il-karatteristiċi tal-prodott apparti minn dawk li jirriżultaw min-numri tal-kontroll tal-prodott oriġinali, u meta ċaħdet b’mod żbaljat it-talba għal aġġustament tal-valur normali li jindirizza l-irregolaritajiet li jirriżultaw mill-volum baxx ta’ produzzjoni fl-Indja, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(1), 3(2)(a), 3(3) u 9(4) tar-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta għamlet aġġustament 'il fuq tal-valur normali għat-taxxi indiretti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    6.

    Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta bbażat ruħha fuq data minn produttur Indjan wieħed biss għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ, kif ukoll dawk ġenerali u aministrattivi u l-profitt użat għall-valur normali kostrutt, minflok ma użat l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    Top