Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0220

    Kawża T-220/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (Battistino) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Battistino — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (Battistino)

    (Kawża T-220/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Battistino - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2019/C 255/50)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 400/2017-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Battista Nino Caffè u Torrefazione Caffè Michele Battista.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 400/2017-5) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-EUIPO u Battista Nino Caffè Srl huma kkundannati għall-ispejjeż imġarrba matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


    Top