Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0382

    Kawża C-382/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – V.G., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    ĠU C 294, 20.8.2018, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201808030442049922018/C 294/403822018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180611293021

    Kawża C-382/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – V.G., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    Top

    C2942018MT2910120180611MT0040291302

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – V.G., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    (Kawża C-382/18)

    2018/C 294/40Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: V.G.

    Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/86/KE ( 1 ) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domandi preliminari tal-qorti Olandiża dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva f’tilwima li tikkonċerna applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja ta’ sponsor li għandu n-nazzjonalità Olandiża, meta din id-direttiva ġiet iddikjarata, fid-dritt Olandiż, applikabbli b’mod dirett u inkundizzjonat għal dan it-tip ta’ membri tal-familja?

    2)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-membru tal-familja kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

    3)

    Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86, għad-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku?

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja tista’ tiġi miċħuda għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku fuq il-bażi ta’ kundanni mogħtija matul perijodu preċedenti ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, meta jitwettaq ibbilanċjar tal-interessi, konformement mal-kriterji identifikati mill-Qorti EDB fis-sentenzi tat-2 ta’ Awwissu 2001, Boultif vs L-Isvizzera, CE:ECHR:2001:0802JUD005427300, u tat-18 ta’ Ottubru 2006, Üner vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:2006:1018JUD004641099, bejn l-interessi tal-membru tal-familja u tal-isponsor ikkonċernati sabiex jiġi eżerċitat fil-Pajjiżi l-Baxxi d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, minn naħa, u l-interess tal-Istat Olandiż fil-protezzjoni tal-ordni pubbliku, min-naħa l-oħra?


    ( 1 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).

    Top