Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0380

    Kawża C-380/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.

    ĠU C 294, 20.8.2018, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201808030072050402018/C 294/383802018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180611282811

    Kawża C-380/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.

    Top

    C2942018MT2810120180611MT0038281281

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.

    (Kawża C-380/18)

    2018/C 294/38Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    Parti oħra fil-proċedura: E.P.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni li residenza regolari ta’ mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum intemmet minħabba li l-barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-barrani kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għad-deċiżjoni li l-barrani jiġi meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku?

    L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku minħabba raġuni waħdanija li ġie stabbilit li l-barrani huwa ssuspettat li wettaq reat?


    ( 1 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1).

    Top