This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0270
Case C-270/18: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 19 April 2018 — UPM France v Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-270/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-270/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
ĠU C 211, 18.6.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-270/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-270/18)
2018/C 211/22Lingwa tal-kawża: il-FranċiżQorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UPM France
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva ( 1 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni li huma jippermettu li tiġi applikata mill-Istati Membri għall-benefiċċju tal-produtturi żgħar tal-elettriku, sa fejn huma jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dan l-elettriku, tkun tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 7 ta’ din id-deċiżjoni għall-perijodu qabel l-1 ta’ Jannar 2011, li matulu Franza, kif awtorizzata mid-Direttiva, ma kienet għadha stabbilixxiet la t-taxxa interna fuq il-konsum finali ta’ elettriku u lanqas, bħala konsegwenza, l-eżenzjoni ta’ din it-taxxa favur produtturi żgħar? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, kif għandhom jinqraw flimkien id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1)(a) u dawk tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) fir-rigward tal-produtturi żgħar li jikkonsmaw l-elettriku li huma jipproduċu għall-bżonnijiet tal-attività tagħhom? B’mod partikolari, dawn jimplikaw tassazzjoni minima li tirriżulta mit-tassazzjoni tal-elettriku prodott b’eżenzjoni tal-gass naturali użat, jew inkella minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-produzzjoni tal-elettriku, f’liema każ l-Istat huwa għalhekk obbligat jintaxxa l-gass naturali użat? |
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).